Referenza: Volum 43E (1959), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 1035

Dettalji tas-Sentenza


Data
11/04/1959
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
IL-PULIZIJA vs CARMEL GRIMA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"THIRD PARTY RISKS" - INSEPARABBILITA' GURIDIKA - PIENA - PROVA - REAT UNIKU - SOSPENSJONI TAL-LICENZA TAS-SEWQAN - TRAFFIKU
Fil-Qosor
Persuna li ssuq karrozza tal-mutur meta hija skwalifikata b'sentenza milli jkollha jew tottjeni licenza tas-sewqan ghal certu zmien, ma tistax serjament tallega illii hiiija ma kienitx taf, meta saqetdik il-karrozza, li kienet hekk skwalifikata. Difiza ta' din ix-xorta tista tigi anki trattata bhala abbuz tal-procediment tal-Qorti, u tigi punita bhala tali. Ugwalment inkapibbli huwa l-mezz defensjonali konsistenti filli tonqos l-ahjar prova, cjoe' l-polza tal-assikurazzjoni, li seghet liberament tigi ezibita bhala prova, meta l-prova kienet saret sufficjentement bix-xhieda; jekk l-imputat ried jimpunja dik il-prova, il-polza kien imissha tkun ghandu u seta' jezibiha hu, minflok li jinkolpa infondatament lill-Prosekuzzjoni. Bejn ir-reat ta' sewqan bla kopertura tal-polza tas-sigurta' udak ta' sewqan minn driver kontra l-ordni tal-iskwalifika ma hemmx lok ghal assorbiment; ghax is-sewqan bla kopertura mhux bilfors sewqan kontra l-ordni tal-iskwalifika; l-infrazzjoni ta' dak l-ordnima hux "nexus" accidentali, kreat bil-malizzja tad-driver. Diga hu bizzejjed li wiehed isuq fil-waqt li jkun skwalifikat; imma meta ma' dan jizdied li, jekk bis-sewqan tieghu lilu projbit mill-Qorti,hu jikkaguna hsara lil hadd iehor fi hwejgu jew persuntu, lanqas ikun hemm il-kopertura tas-sigurta', il-kaz huwa tant serju illi d-driver hati ma jistax jilmenta jekk il-Qorti taghtieh piena restrittiva tal-liberta' personali u mhux sempliciment pekunarja. Ghax il-perikoli tat-traffiku saru tantgravi, illi certament ma ghandhomx bzonn jigu awmentati bi drivers in kontravvenzjoni tal-ligi, ossija, kif jissejhu, "private drivers".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni