Reference: Volume 37B (1953), Part No. 1, Section 1, Page 411

Judgement Details


Date
14/12/1953
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
ANTONIO XUEREB vs MARIA XUEREB
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ABBANDUN - ART. 48 U 54 TAL-KODICI CIVILI - DEBITU KONJUGALI - INGURJI GRAVI - SEPARAZZJONI PERSONALI
Summary
Biex l-abbandun tal-konjugi jista' jaghti lok ghas-separazzjoni personali, mhux bizzejjed li jkun hemm l-allontanament materjali mid-dar konjugali, imma jehtieg illi dak l-allontanament ikun minghajrgusta kawza, u illi jipprolunga ruhu minghajr gusta kawza ghal sentejn jew izjed. Imma jekk fiz-zmien ta' l-allontanament kien hemm xi perijodu li fih kien hemm pendenti proceduri ta' separazzjoni personali, dak il-perijodu ma ghandux jigi komputat fil-kalkolu tas-sentejn. B'mod li, jekk il-mara tkun allontanat ruhha bla raguni tajba mid-dar ta' zewgha, u fiz-zmein li damet boghod minn dik id-dar hija ghamlet xi proceduri ta' separazzjoni personali kontra zewgha, iz-zmien li damet sejra l-kawza tas-separazzjoni, avvolja l-ezitu taghha jkun sfavorevoli ghall-mara, ma ghandux jigi komputat fis-sentejn, ghax fil-pendenza tal-kawza tas-separazzjoni l-ligi taghti lill-mara, sija jekk attrici kemm jekk konvenuta, id-dritt li titbieghed mid-dar ta' zewgha sakemm iddum il-kawza tas-separazzjoni,dritt li l-ligi taghtiha inkondizzjonatament, u ghalhekk fiz-zmien li damu sejrin dawk il-procedurihija kellha raguni tajba biex toqghod imbieghda mid-dar konjugali. Imma l-abbandun u l-persistenzafl-abbandun ghal zmien twil bla raguni tajba jikkostitwixxi ingurja gravi, jekk l-abbandun fic-cirkustanzi tal-kaz ikollu karattru ingurjuz; u ghalhekk dak l-abbandun li ma jikkostitwix motiv ta' separazzjoni minhabba li ma damx sentejn jew izjed, jista' jiggustifika t-talba ghas-separazzjoni jekkikollu karattru ingurjuz. U dik l-ingurja tkompli tikber bl-akkuzi li tkun ghamlet il-mara kontra r-ragel fil-kawza tas-separazzjoni u li fiha dawk l-akkuzi rrizultaw li mhumiex veri. Il-fatt li l-mara tichad lir-ragel id-debitu konjugali kapriccjozament jikkostitwixxi wkoll ingurja gravi li tiggustifika t-talba tieghu ghas-separazzjoni personali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info