Reference: Volume 37B (1953), Part No. 1, Section 1, Page 403

Judgement Details


Date
07/12/1953
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
MARY GULIA vs STELLA SANT FOURNIER NE ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
KJAMATA FIL-KAWZA - LIKWIDAZZJONI TA' L-ISPEJJEZ LEGITTIMI - PROTEST LAWDATORJU - RETRATT - RIVENDIZZJONI - SPEJJEZ GUDIZZJARJI
Summary
Ghalkemm ir-retraent, f'kawza li jaghmel biex issirlu r-rivendizzjoni tal-fond minnu rkuprat, ma jitlobx dikjarazzjoni fis-sens li r-retratt minnu ezercitat huwa validu skond il-ligi, dik id-dikjarazzjoni, skond il-gurisprudenza recenti, ghandha tiftiehem virtwalment kompriza fit-talba tar-rivendizzjoni. Ghalkemm il-likwidazzjoni ta' l-ispejjez legittimi dovuti lir-retrattarju ma tigix sostanzjata fil-kawza, dana ma jipprekludix li ssir ir-rivendizzjoni mitluba; izda dejjem wara li tkun saret dik il-likwidazzjoni u jkunu thallsu dawk l-ispejjez. Min jezercita l-irkupru jista' jezercitah kontra x-xerrej originarju u kontra t-terz possessur, meta l-fond irkuprat ikun gie trasferit mix-xerrejlil persuna ohra; u dan avvolja r-retraent kien jaf li x-xerrej ittrasferixxa l-fond lit-terz possessur; purke' dan it-trasferiment ma jkunx gie lilu notifikat b'att gudizzjarju. Izda l-prezenza tat-terz possessur hija necessarja fil-kawza, billi hadd hliefu ma jista' jigi kundannat jaghmel ir-rivendizzjoni mitluba fl-att tac-citazzjoni. Imma jekk it-terz possessur isib ruhu ko-involt fil-kawzaghax ma giex avzat mix-xerrej originarju bl-irkupru ezercitat kontra tieghu jew bl-interpeljazzjonili tkun saritlu biex jaghmel ir-rivendizzjoni, b'mod li t-terz possessur ma kellux l-opportunita' li jezamina preventivament il-pozizzjoni tieghu u eventwalment jaderixxi qabel il-kawza ghar-rivendizzjoni, huwa ma jidherx li ghandu jigi kundannat ihallas l-ispejjez gudizzjarji, jekk jaghti xi eccezzjonijiet fil-kawza li jirrizultaw gustifikati, u ma jipprovokax spejjez zejda. Imma jekk dak it-terz possessur jitlob is-sejha fil-kawza ta' xi persuna li ggarantietlu l-bejgh li sarlu, u dik il-kjamata fil-kawza tkun inutili, ghax protest lawdatorju kien bizzejjed, l-ispejjez tal-kjamat fil-kawzaghandu jbatihom it-terz possessur.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info