Referenza: Volum 37B (1953), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 335

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/11/1953
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
AVUKAT DR. JOSEPH VELLA NE. vs PROF. DR. VICTOR CARUANA ET. NE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"NEGOTIORUM GESTIO" - ACCETTAZZJONI - ART. 2129 U 2130 TAL-KODICI CIVILI - ATT PUBLIKU - IPOTEKA - MANDAT - RETROATTIVITA'
Fil-Qosor
Ipoteka kostitwita mid-debitur minghajr l-accettazzjoni formali jew espressa tal-kreditur hija valida u tezisti; u ghalkemm dak il-kuntratt ikun unilaterali, l-inskrizzjoni ta' l-ipoteka li jaghmel il-kreditur li lilu tigi koncessa l-ipoteka, jew il-mandatarju tieghu ma tistax tigix koncessa l-ipoteka, jew il-mandatorju tieghu ma tistax ma tigix, interpretata bhala accettazzjoni ta' l-ipoteka. Anki jekk l-ipoteka tigi nskritta minn "negotiorum gestor" tal-kreditur, hija operativa ta' effetti guridici meta l-kreditur jipprevalixxi ruhu minnha. L-accettazzjoni ta' l-ipoteka per mezz ta' l-inskrizzjoni li ssir minn "negotiorum gestor", u l-konferma retroattiva ta' l-operat ta' dan minn naha tal-kreditur bil-fatt li huwa jinvoka l-ipoteka, jikkostitwixxu zewg mumenti li jikkongungu ruhhom ujirriferixxu ghal dak li fih l-ipoteka giet maghmula. L-accettazzjoni ta' l-ipoteka ma hemmx bzonnissir b'att publiku, u lanqas bil-miktub; imma hu bizzejjed li tidher minn fatti inducenti accettazzjoni implicita, u anki prezunta. L-accettazzjoni tacita minn naha tal-kreditur hija dejjem u taht kwalunkwe forma ammissibili. Id-dottrina u l-gurisprudenza preponderanti huma fis-sens li mhix mehtiega l-accettazzjoni kontestwali tal-kreditur fl-att tal-kostituzzjoni ta' l-ipoteka; illi din l-accettazzjoni tista' tirrizulta anki in segwitu, anki tacitament; u illi din l-accettazzjoni hija retroattiva ghad-data ta' l-att kostitutiv ta' l-ipoteka.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni