Reference: Volume 37B (1953), Part No. 1, Section 1, Page 312

Judgement Details


Date
30/10/1953
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
FRANCESCO BUSUTTIL vs GIUSEPPE TANTI BELLOTTI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1663, 1616, U 1619 (2) TAL-KODICI CIVILI - BWONA FEDE - ENFITEWSI - LOKAZZJONI - REKWIZIZZJONI - USUFRUTT
Summary
Meta fond, li jinsab mikri lil persuna, jinghata b'cens lil persuna ohra, din ghandha tirrispetta l-lokazzjoni, ghax hija tkun akkwsitat il-fond b'cens bhala gravat b'dik il-lokazzjoni; u l-inkwilin ghandu d-dritt jezigi l-konsenja ta` dak il-fond b'titolu ta` lokazzjoni minn ghand l-akkwirent ta` l-enfitewsi avvolja, meta saret il-koncessjoni enfitewtika, huwa jkun ghadu ma hax pussess tal-fond.Dan isehh kemm il-darba fil-ftehim tal-kirja ma jkunx inzamm id-dritt mill-lokatur lijista` jxoljil-lokazzjoni jekk in segwitu huwa jittrasferixxi l-fond li lhadd iehor. U dan id-dritt ta` l-inkwilin li jitlob il-konsenja tal-fond di fronti ghall-akkwirnet ta` l-enfitewsi jissussisti avvolja dakl-akkwirent kin in bwona fede meta ha l-post b'cens, jigifieri anki jekk huwa, meta ha l-post b'cens, ma kienx jaf b'dik il-lokazzjoni. Fil-kaz li l-inkwilin jagixxi ghall-knsenja tal-fond, huwa ghandu ragun iharrek anki lill-koncedenti ta` l-enfitewsi, li kien krielu l-post qabel il-koncessjoni ta` l-enfitewsi, ghax dak il-koncedent huwa awtur tant tieghu kemm ukoll tal-koncessjonarju ta` l-enfitewsi. u ghalhekk dak il-koncedet ma jistax jippretendi li ghandu jigi liberat mill-osservanza tal-gudizzju billi jallega illi, billi huwa ta l-post b'cens, ma ghandux x'jaqsam aktar ma` l-inkwilin.Ic-cirkustanza li l-fond ikun rekwizizzjonat ma tinfluwixxi bl-ebda mod fuq it-talba ta` l-inkwlinbiex jigi dikjarat li huwa linkwlin tal-fond u biex il-fond jigi lilu knsenjat. IL-koncendent tal-fond lanqas jistghu jallegaw l-invalidita` tal-lokazzjoni fuq il-motiv li fi-ftehim tal-kirja ma haxparti xi hadd li kellu l-uzufrutt ta` parti mill-fond, ghax dik hija "exceptio tertii", li tikkompeti lil persuna li mhix fil-kawza. U dan apparti l-fatt li dik il-lokazzjoni tiswa ank fil-konfront ta` dak l-uzufruttwarju terz, lima jkunx impunja l-lokazzjoni, u l-fatt illi, jekk il-lokazzjoni tkunsaret ghal zmien itwal minn erba` snin, l-uzufruttwarju ghandu d-dritt li jitlob r-riduzzjoni tal-lokazzjoni, u mhux li din tithassar ghal kollox.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info