Referenza: Volum 35A (1951), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 229

Dettalji tas-Sentenza


Data
10/12/1951
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
BORG GORG, CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J.
Partijiet
RIKORS TA' NUTAR DR. ANTONIO GALEA vs ONOR. LOUIS GALEA, LL.D., NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 28 (2) TAL-KAP. 70. - CEDOLA TA` RKUPRU - ENFITEWSI - QORTI TAR-REVIZJONI TA' L-ATTI NOTARILI - RETRATT - RIVENDIZZJONI - TAXXA TAL-BOLL - TAXXA TAS-SUCCESSJONI
Fil-Qosor
In-nutar li jircievi att ta' koncessjoni enfitewtika, fejn jaghmel dikjarazzjoni tal-provenjenza tal-fond, ghandu l-obligu espress mill-ligi, meta t-trasferiment ma jkunx imponibili, jaghmel dikjarazzjoni ta' l-ezenzjoni ta' dak it-trasferiment mit-taxxa tas-successjoni u jaghti r-ragunijiet ta' dikl-ezenzjoni. Ir-raguni biss konsistenti fid-dikjarazzjoni tal-provenjenza minghajr id-dikjarazzjoni ta' l-ezenzjoni minn dik it-taxxa, ma hix bizzejjed biex tissoddisfa l-vot tla-ligi; u l-ommissjoni ta' dik id-dikjarazzjoni da parti tan-utar tammonta ghal kontravvenzjoni tal-ligi. Ghalkemm ma tkunx saret il-procedura tac-cedola u tad-depozitu ghall-ezercizzju tad-dritt ta' rkupru, ir-rivendizzjoni li ssir mir-retrartarju qabel ma ssir dik il-procedura, ghax huwa jirrikonoxxi d-dritt ta' l-irkupru fuq il-fond li rrivenda, ma tistax tigi maghduda bhala mhux tassew att ta' rivendizzjoni semplicement ghaliex ma kienetx saret qabel ic-cedola ta' rkupru, meta jirrizulta li tassew dak il-fond hekk rivendut kien suggett ghall-irkupru. Ghaldaqstant in-nutar li rcieva dak l-att ma ghamel ebda kontravvenzjoni kontra l-ligi jekk huwa mbolla dak l-att bhala att ta' semplici rivendizzjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni