Reference: Volume 39B (1955), Part No. 1, Section , Page 167

Judgement Details


Date
25/04/1955
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
ANGELO BUHAGIAR vs SALVATORE BUHAGIAR ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"ALTERNATIVE ACCOMODATION" - ANNULLAMENT - ART. 1616, 1617, 1680, U 1681 TAL-KAP. 23 - KOMPROPRJETA' - LOKAZZJONI - PREFERENZA - ZGUMBRAMENT
Summary
Il-kiri li jsir minn wiehed mill-kompessessuri tal-haga minghajr awtorizzazzjoni b'sentenza tal-Qorti kompetenti, jew minghajr il-kunsens ta' xi wiehed mill-kompessessuri l-ohrajn, jista', fuq talba ta' dan il-kompessessur l-iehor, jigi annullat, kemm-il darba din it-talba ssir fi zmien xahrejn minndak inhar li dan il-kompressessur l-iehor ikun sar jaf b'dak il-kiri. Biex jigi akkordat dan l-annullament, mhux mehtieg li min jitolbu jkollu kawza gusta biex jitolbu; imma, ladarba l-lokazzjoni tkun saret mhux bil-kunsens ta' kulhadd, jew mhux b'sentenza tal-Qorti, allura l-lokazzjoni hi suggetta ghall-annullament, hemm jew ma hemmx gusta kawza. Il-konsiderazzjoni tal-gusta kawza tidhol bissmeta xi wiehed mill-kompessessuri jitlob b'citazzjoni li l-Qorti taghti l-awtorizzazzjoni ghall-kirital-haga; billi l-Qorti, biex taghti dik l-awtorizzazzjoni, trid tara li l-haga hi tajba biex tinkera u illi l-kiri propost hu ta' gid, u mbaghad trid tara jekk xi wiehed mill-kompossessuri l-ohra, ma jistax jaqbad u jiehu l-haga f'idejh, jaghti l-fond in lokazzjoni malgrado d-dissens ta' xi wiehedmill-kompossessuri l-ohrajn, u mbaghad ihalli lil dan il-kompessessur l-iehor jagixxi, u mbaghad jipprova li dan il-kompossessur l-iehor jagixxi, u mbaghad jipprova li dan il-kompessessur l-iehor jagixxi, u mbaghad jipprova li dan il-kompossessur l-iehor jagixxi, u mbaghad jipprova li dan il-kompossessur l-iehor ma kellux raguni tajba biex japponi ruhu ghal dik il-lokazzjoni. Dan l-annullament huwa aperativ ankorke' l-lokazzjoni li taghha jintalab l-annullament tkun saret favur xi wiehed mill-kompossessuri; ghax il-ligi ma taghmel ebda distinzjoni bejn barranin u kompossessuri bhala inkwilini tal-fond. Id-dritt tal-kompressessur li jigi preferit fil-lokazzjoni tal-haga komuni huwa personali; u ma jistax jigi minnu ezercitat hlief ghalih innifsu. Kompossessur wiehed jista' wahda jitlobl-izgumbrament tal-persuna li lilha jkun gie mikri l-fond, jekk it-talba ssir fil-kontestazzjoni anki tal-kompossessuri l-ohrajn. Jekk imbaghad dak il-kompossessur li jagixxi ghall-annullament tal-lokazzjoni jkun irid ukoll jassumi l-lokazzjoni huwa stess, allura, jekk il-lokazzjoni jkun iridha kompossessur iehor, ikun il-kaz ta' korkors li ghalih tipprovdi l-istess ligi; imma jekk il-lokazzjonijkun iridha barrani, il-kompossessur ghandu jirbah, ghax ghandu l-preferenza taht l-istess kondizzjonijiet offerti mill-barrani. Liema dritt ta' preferenza mhux sospiz mill-Ligi tal-Kera; ghax din il-ligi tissospendi l-preferenza tas-sid fil-kaz ta' rilokazzjoni tal-fond, u mhux fil-kaz ta' kiri gdid; u barra minn dan, id-dritt tal-preferenza hu sospiz fil-konfront tal-kerrej, u mhux ta' min ikunjokkupa l-fond minghajr titolu. Il-kompossessur jista' jitlob fl-istess kawza tant l-annullament tal-lokazzjoni maghmula minghajr il-kunsens tieghu kemm ukoll l-assunzjoni tal-lokazzjoni minnu nnifsu. U mhux il-kaz li tigi offerta "alternative accomodation" lill-persuna li, b'effett ta' dan l-annullament, issib ruhha kostretta li tizgombra mill-fond.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info