Referenza: Volum 39B (1955), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 197

Dettalji tas-Sentenza


Data
13/05/1955
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
CARMELA AZZOPARDI vs CARMELO AZZOPARDI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ALIMENTI - ART. 54 TAL-KODICI CIVILI - SEPARAZZJONI PERSONALI
Fil-Qosor
Id-dispozizzjoni tal-ligi li taghti lill-mara d-dritt ghall-alimenti provvizorja fil-pendenza tal-kawza tas-separazzjoni ma tapplikax meta l-mara tkun ga giet kanonizzata kreditrici ta' retta alimentarja stabbilita b'sentenza precedenti, qabel ma giet inoltrata l-kawza tas-separazzjoni. Konsegwentement, il-mara li, wara li tkun ga otteniet kontra r-ragel sentenza ta' alimenti, taghmel kawza ta' separazzjoni personali, ma tistax, fil-mori ta' din il-kawza, titolu awment tar-retta alimentarja gastabbilita bis-sentenza precedenti: ghax ir-retta alimentarja ga stabbilita b'sentenza definitiva matistax tigi varjata hlief b'sentenza ohra definitiva. Fil-kaz prezenti, il-mara, li ga kellha favur taghha sentenza ta' alimenti f'certa rata, ghamlet kawza ta' separazzjoni personali, u fil-pendenza tal-kawza talbet awment tar-retta alimentarja kanonizzata favur taghha bis-sentenza precedenti. Il-Qorti ta' l-Ewwel Grad akkordat dak l-awment. Il-mara appellat, ghax ippretendiet awment f'rata akbar. Il-Qorti ta' l-Appell, b'applikazzjoni ta' dan il-principju, iddecediet li l-awment mitlub masetax jigi akkordat, lanqas mill-Ewwel Qorti, u ghalhekk cahdet l-appell, ghalkemm l-awment akkordat bid-digriet appellat kien sejjer jibqa' shieh, non ostante l-principju fuq enuncjat, billi r-ragelma appellax minn dak id-digriet.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni