Referenza: Volum 39B (1955), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 236

Dettalji tas-Sentenza


Data
17/06/1955
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
EDWARD KITCHER vs GIO. MARIA CIAPPARA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL - APPLIKAZZJONI HAZINA TAL-LIGI - ART. 814 9E) TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - ART.25 TAL-KAP.109 - BOARD TAL-KERA - RITRATTAZZJONI
Fil-Qosor
L-unika limitazzjoni stabbilita mil-Ligi ghall-appell mis-sentenzi tal-Board tal-Kera hija dik li, biex dawk is-sentenzi jkunu appellabli, jehtieg li jkunu ddecidew kwistjoni ta' dritt li fuqa jsir l-appell. Ghalhekk mhix accettabili estensjoni ta' dik il-limitazzjoni fis-sens li d-dritt ta' l-appell ma jistax jigi estiz ghal kazijiet ta' ritrattazzjoni; ghax l-estensjoni ta' dik il-limitazzjonitigi taghmel distinzjoni bejn sentenza u ohra tal-Board li fil-Ligi ma tezistix. Ghaldaqstant, sentenza tal-board tal-Kera li mhix appellabili hija suggetta ghar-ritrattazzjoni, jekk jirrikorri xi wiehed mill-motivi kontemplati mill-Ligi tal-procedura; fosthom dak meta l-kawza tkun trid tigi ritrattata minhabba aplikazzjoni hazina tal-ligi fil-kaz biss li d-decizjoni, meta l-fatt kien tassew kifstabbilit fis-sentenza attakkata, ma tkunx dwar interpretazzjoni tal-ligi li fuqha l-Qorti tkun espressament tat decizjoni. Kaz fejn il-Bord tal-Kera jkun iffissa l-kera xieraq f'certu ammont fuq ir-rapport tal-membri teknici tieghu, li jkunu llikwidaw il-"capital outlay on construction" tal-fondf'somma differenti minn dik likwidata mill-perit privat tas-sid, mhux kaz ta' applikazzjoni hazina tal-ligi, imma ta' fissazzjoni tal-kera bazata fuq il"capital outlay on construction" kif determinatmill-perit prodott "ex parte". U ghalhekk mhux kaz ta' ritrattazzjoni minhabba applikazzjoni hazinatal-ligi.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni