Referenza: Volum 39B (1955), Parti Nru. 1, Taqsima 2, Paġna 395

Dettalji tas-Sentenza


Data
27/06/1955
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
JOSEPH DEBONO ET. vs DOTTORESSA IRENE CONDACHI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"AUDI ALTERAM PARTEM" - ACCESS - ART. 791 (1) (C) U (2) TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - BOARD TAL-KERA - INSPEZZJONI TAL-FOND MILL-MEMBRI TEKNICI - LOKAZZJONI - NULLITA' - SENTENZA
Fil-Qosor
Jekk xi wahda mill-partijiet ma kienetx prezenti fl-access mizmum mill-membri teknici tal-Board tal-Kera biex jispezzjonaw il-fond ghall-finijiet tal-fissazzjoni tal-kera xieraq, u dan ghaliex il-periti jkunu accedew mhux fil-hin li gie avzat lill-partijiet, mhix nulla s-sentenza tal-Board li tkun bazata fuq ir-rapport ta' dawk il-membri teknici, avvolja dik il-parti ssofri xi pregudizzju minhabbali ma kienetx prezenti f'dak l-access, jekk dik il-parti kienet fil-pozizzjoni li tirripara ghal dak il-pregudizzju qabel is-sentenza billi ggib ghall-konjizzjoni tal-Board dak il-fatt, biex il-Boardjipprovdi u, jekk ikun il-kaz, jordna access iehor. Divers kien ikun il-kaz kieku dik il-parti magietx imqeghedha legalment fi grad li tassisti ghall-access, u dan sar minghajr ma kienet taf bih, uma saretx taf bih, u ma setghetx ragjonevolment tkun taf bih hlief wara l-prolazzjoni tas-sentenza;ghax f'dan il-kaz ikun hemm vjolazzjoni tal-principju importantissimu "audi alteram partem". Biexdik il-parti tirnexxi fl-azzjoni taghha ghall-annullament ta' sentenza moghtija minhabba vjolazzjonita' dak il-principju, jehtiegilha tipprova li hij sofriet dik il-privazzjoni ingustament, jigifierimhux bi htija addebitabbli lilha; ghax inkella jissubentra l-principju l-iehr "qui culpa sua damnumsentit non videtur damnum sentire". Anki jekk kien hemm dik il-vjolazzjoni, ebda nullita' ma tohrog, ladarba l-parti kienet taf biha u halliet li jsiru attijiet ohra wara, jigifieri l-prolazzjoni tas-sentenza, minghajr ma eccepiet dik in-nullita'.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni