Reference: Volume 39B (1955), Part No. 1, Section , Page 139

Judgement Details


Date
28/03/1955
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
ANTONIO BORG ET. vs GIUSEPPE ZAMMIT
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 885, 568 (1) U (2), 2246, U 569 TAL-KODICI CIVILI - BWONA FEDE - PETIZZJONI TA' EREDITA' - PRESKRIZZJONI - PROVA - PUSSESS
Summary
L-azzjoni ta' min hu ntitolat jirreklama wirt tintilef jekk haddiehor jakkwista dak il-wirt b'pussess ghaz-zmien stabbilit mill-ligi, li hu ta' ghaxar snin. Din hi preskrizzjoni akkwizittiva. U biexwiehed jista' jaghti din il-preskrizzjoni ta' ghaxar snin, u biha jopponi talba ghall-wirt, jehtieglu li maturl dawk l-ghaxar snin hu kellu f'idejh il-wirt "animo domini", u minghajr qerq, jew bi bwona fede. Il-bwona fede tirrapprezenta l-istat ta' animu tal-possessur, il-koxjenza u l-intima konvinzjoni tieghu, li l-haga li jippossjedi hija tieghu. Il-mala fede hija n-negazzjoni tal-bwona fede;hija l-istat ta' animu ta' dak li jaf, jew imissu minhabba c-cirkustanzi jahseb, illi l-haga li hujippossjedi hija ta' haddiehor. Jekk il-possessur ikollu xi dubju, tkun tezisti fih l-incertezza, konsegwentement tispicca l-bwona fede tieghu fis-sens tal-ligi. Barra minn dan, il-bwona fede ghandha testendi ruhha ghat-totalita' tal-haga posseduta; u l-istat ta' l-animu tal-bwona fede fil-possessur ghandu jissussisti matul id-decennju kollu, mill-bidu sat-tmien tieghu. Pero' wiehed ghandu dejjem jinghadd li hu fi bwona fede; u min jeccepixxi l-mala fede ghandu jippruvaha. Min, f'dokument formali, jikkwalifika ruhu bhala komproprjetarju u amministratur ta' fond, ma jistax jigi ritenut li qieghed jippossjedi dak il-fond "animo domini".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info