Referenza: Volum 37A (1953), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 140

Dettalji tas-Sentenza


Data
27/04/1953
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
JOSEPH MICALLEF NE. vs CARMELO CASSAR
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"THIRD PARTY RISKS" - ART. 10 (A) U 11 TAL-KAP.165 - ASSIKURAZZJONI - DANNI - POLZA TAS-SIKURTA' - PRESKRIZZJONI
Fil-Qosor
Ghall-finijiet tal-preskrizzjoni, il-ligi u l-gurisprudenza jiddistingwu tliet xorta ta' danni, jigifieridawk derivanti minn delitt veru u proprju (fejn il-preskrizzjoni hija dik ta' l-azzjoni kriminali), dawk dervanti mnn htija akwiljana fejn il-preskrizzjoni hija dik ta' sentejn), u awk derivantiminn inadempjenza kontrattwali (fejn il-preskrizzjoni hija dik ta' hames snin). F'materja ta' hsara kagunata minn persuna li tkun qieghda ssuq karozza, l-azzjoni ghad-danni sofferti mit"third party" hija azzjoni ex delicto", fil-konfront tat-"third party" ma l-assikurat; ghax dawk id-danni gew kagunati b'delitt. U ghalhekk l-azzjoni tat- "third party" kontra l-assikurat ghal dawk id-danni tigi preskritta fiz-zmien li fih tippreskrivi ruhha l-azzjoni kriminali. Bejn kumpanija assikurata u t-"third party" ma hemm ebda relazzjoni guridika, imma hemm biss certi drittijiet tat-"third party' stabbiliti specifikament mill-Ligi dwar ir-Riskji tat-Terzi Persuni. Imma malli l-kumpaija assikuratrici tircievi l-"claim" minghand it-"third party", u tibda tikkunsidra dak il-"claim" biex tara jekkit-"third party" ghandux dritt ta' indennizz, u f'kaz affermattiv tistabbilixxi l-ammont ta' dak l-indennizz, allura bejn il-kumpanija tas-sikurta' u t-"third party" jinholoq rapport gdid, dak cjoeli l-kumpanija, jekk ikun il-kaz, thallas lit-"third party" in bazi ghall-polza tas-sikurta' u ghall-ligi li tirregola dawn il-poloz, l-indennizz li jixraq. Minn dak il-mument jinholoq rapport bejnil-kumpanija assikuratrici u t-"third party"; u l-pozizzjoni uridika tghaddi mill-fazi ta' l-azzjoni "ex delicto" u tidhol fil-fazi ta' adempiment jew inadempiment kontrattwali, li minnu tista' tohrog l-azzjoni "ex contracto", li hija preskrivibili wara hames snin. Ghaldaqstant, jekk il-"claim" mit-third party" jkun sar lill-kumpannija tas-sikurta meta l-preskrizzjoni ta' l-azzjoni tat-'third party" kontra l-assikurat tkun ghadha ma hix kompjuta, u l-kumpannija thallas l-indennizz wara li tkunkompjuta dik il-preskrizzjoni, l-assikurat ma jistax jippretendi li mhux obbligat jirrfondi lill-kumpanija l-indennizz li din tkun hallset lill-assikurat, billi jallega li meta sar dak il-hlas l-azzjoni tat-"third party" kontra tieghu kienet preskritta. u lanqas jista' l-assikurat jippretendi lil-kumpanija kellha tirrifjuta li tikkunsidra l-"claim" malli rcievietu biex bid-dewmien fil-konsiderazzjoni tal-"claim" jghaddi z-zmien, u bil-moghdija taz-zmien tigi preskritta l-azzjoni "ex delicato" qabel ma tibda tigi kunsidrata l-"claim". Ghaliex il-kumpanija ghandha d-dmir li tikkunsidra l-"claim" tat-"third party" minn dak il-mument stess li tircevih.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni