Reference: Volume 37A (1953), Part No. 1, Section 1, Page 35

Judgement Details


Date
06/02/1953
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
NEG. JOHN COLEIRO NE. vs ONOR. DR. GIORGIO BORG OLIVIER NE. ET. (*)
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 22 U 39 TAL-MALTA CONSTITUTION LETTERS PATENT TA' L-1947 - ATT XIV TA' L-1950 - DEKADENZA - GUDIKAT - IMPUNJAZZJONI TA' LIGI - NULLITA' - TERMINU
Summary
Skond l-art. 39 tal-Malta Constitution Letters Patent ta' l-1947, ma tistax tigi attakkata bhala nulla ligi maghmula taht is-sezzjoni 21 ta' dawk il-Letters Patent, jekk tkun ghaddiet sena mill-jum lifih dik il-ligi tkun dahlet in vigore. Dak it-terminu ta' sena huwa mpost mill-Letters Patent, u ghalhekk huwa ligi; u ma jistax jigi mibdul jew newtralizzat mill-Qorti. B'mod li kull terminu li taghti l-Qorti lil min irid jimpunja l-ligi biex jiddeduci l-azzjoni appozita ghandu jiftiehem dejjemmoghti fil-limiti taz-zmien stabbilit mill-ligi. Ghax dan huwa terminu ta' dekadenza, u mhux terminu gudizzjarju prorogabili ghal kawza gusta. Ma jstax, f'kawza, jigi nvokat bhala ostativ ghat-talbagudikat li ga' kien hemm bejn il-partijiet f'kawza ohra precedenti, jekk il-pont sollevat fit-tienikawza ma hux kopert mis-sentenza precedenti, u lanqas kien hemm lok li jigi sollevat fil-kawza ta'qabel. Jekk fil-gudizzju ta' qabel kienet giet sollevata l-kwistjoni tal-validita' jew le, ta' ligi, u l-Qorti kien dehrilha illi kien xieraq li l-kwistjoni tigi disussa fuq azzjoni "ad hoc", u tkuntat zmien ghad-deduzzjoni ta' dik l-azzjoni meta t-terminu ta' sena ghall-impunjazzjoni tal-validita' ta' dik il-ligi kien ghadu miexi, u dik l-azzjoni tigi proposta fit-terminu hekk moghti mill-Qorti, ma hemmx dekadenza mid-dritt li wiehed jimpunja dik il-ligi billi l-azzjoni, ghalkemm ezercitata meta t-terminu moghti mill-Qorti kien ghadu miexi, tkun giet proposta wara li tkun ghaddiet is-sena preskritta mill-ligi biex wiehed jista' jaghmel dik l-impunjativa.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info