Referenza: Volum 37A (1953), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 22

Dettalji tas-Sentenza


Data
26/01/1953
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
ONOREVOLI PROF. ROBERT V. GALEA, O.B.E., A. & C. E., LL.D. (HONORIS CAUSA, BRISTOL), D.SC., M.L.A. vs ONOREVOLI MABEL E. STRICKLAND, O.B.E., M.L.A.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPALT MAL-GVERN MALTI - ART. 7 (1) (E) U ART. 8 (1) (F) TAL-MALTA CONSTITUTION LETTERS PATENT, 1947 - ASSEMBLEA LEGISLATIVA - DEKADENZA - ELEZZJONIJIET - GURISDIZZJONI
Fil-Qosor
Ebda persuna ma tista' tigi eletta bhala Membru ta' l-Assemblea Legislativa, jew, wara li tkun giethekk eletta, tiehu parti jew tivvota f'dik l-Assemblea, jekk tkun tifforma parti minn ditta, jew tkun direttur jew manager ta' kumpannija, li jkollha xi kuntratt mal-Gvern Malti akkont tas-Servizz Publiku. U l-post ta' Membru ta' l-Assemblea Legislativa jsir vakanti jekk dak il-membru jsir jifformaparti ta' ditta, jew isir direttur jew manager ta' kumpannija li jkollha kuntratt simili, wara li dak il-membru jkun gie elett. L-ewwel raguni tirriferixxi ghal skwalifika precedenti ghall-elezzjoniu ghall-effetti taghha; mentri t-tieni raguni tirriferexxi ghal skwalifikazzjoni sopraggunta u ghall-effetti taghha. Ghall-finijiet tad-dekadenza kontemplata fit-tieni ipotesi, ma hemmx bzonn li l-membru li l-post tieghu jkun qieghed jigi kontestat ikollu x-xjenza li d-ditta li taghha jkun parti,jew il-kumpannija li taghha jkun direttur jew manager, ghandha sehem f'appalt mal-Gvern Malti; u lanqas ma hija rilevanti l-entita' ta' l-appalt li dik id-ditta jew kumpannija jkollha mal-Gvern. Imma, wara li l-Qorti tkun sabet u zammet li l-membru ma ghandux dritt joqghod fl-Assemblea Legislativa,jew il-post tieghu huwa vakanti minhabba d-dekadenza tieghu minn dak id-dritt, il-Qorti ma ghandhiex gurisdizzjoni biex tikkundannah li jiddezisti milli joqghod u jivvota fis-seduti ta' l-Assemblea Legislativa.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni