Referenza: Volum 79 (1995), Parti Nru. 2, Taqsima 3, Paġna 1058

Dettalji tas-Sentenza


Data
02/05/1995
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH
Partijiet
MARIA XEBBA PACE vs CARMELO BORG
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ARTIKOLU 47(3) TAL-KODICI TA' PROCEDURA CIVILI - KOMPETENZA TA` - QORTI TAL-MAGISTRATI
Fil-Qosor
L-attirci talbet illli l-konvenut jigi kkundannat jaghlaq l-interkomunikazzjoni li fetah bejn fond lilu allokat, proprjeta' ta' l-istess attrici u fond attigwu fl-istess triq proprjeta' ta' terzi. Il-Qorti ta' l-Appell irrevokat is-sentenza ta' l-ewwel Qorti li ddikjarat ruhha kompetenti u minflokiddikjarat il-Qorti tal-Magistrati (Malta) inkompetenti rationae materiae li tiehu konjizzjoni tal-materja. Il-Qorti ta' l-Appell irriteniet illi l-kawza prezenti setghet taffettwa l-identita' u l-identifikazzjoni ta' l-immobbli lokat bil-ftuh ta' l-aperturi mahsuba biex jipprovdu interkomunikazzjoni ma' fond attigwu. Il-fond attigwu, fil-mument meta saret l-interkomunikazzjoni, kien jappartjenilil terzi u waqt il-kawza sar proprjeta' ta' l-appellat inkwilin; l-istat ta' fatt seta' jikkrea fil-perkors taz-zmien xi dritt ta' servitu' jew piz, imma seta' wkoll iwassal ghall-konfuzjoni dwar l-estensjoni tal-proprjeta' ta' l-attur, seta' wkoll gara li sakemm saret il-kawza d-dritt ta' proprjeta' tat-terz li hu sid tal-fond attigwu kellu mhux biss il-proprjeta' tieghu vvjolata imma wkoll perikolata fis-sigurezza u l-identita' taghha. Dawn il-fatturi legali kollha jwasslu biex l-azzjoni kif proposta kienet kolpita bil-provediment ta' l-artikolu 47(3) tal-Kodici ta' Procedura Civili.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni