Reference: Volume 33D (1947), Part No. 2, Section , Page 64

Judgement Details


Date
30/04/1947
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CAMILLERI ALBERT V.
Parties
EDWIN VASSALLO NE. vs SALVATORE BALLUCCI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ANATOCIZMU - INTERESSI - KONT KORRENT - SELF
Summary
Ghalkemm il-kont korrent jinsab inkorporat fil-Kodici tal-Kummerc, ma hemm xejn fil-ligi jew fl-uzilokali li jimpedixxi illi l-istess jista' jigi kuntrattat bejn persuni li ma humiex kummercjanti, jew li wahda minnhom ma hix kummercjant. U meta hemm dak il-kont korrent kuntrattat, huwa prezunt lil-istess persuni riedu jassoggettaw ruhhom ghal dawk l-uzi, li huma l-uzi kummercjali. Fost dawn l-uzi hemm dak illi l-interessi jimmaturaw "ipso jure", u dak illi l-interessi jistghu jigu akkumulatifuq il-kapital wara z-zmien konvenut (ta' sena, sitt xhur, tliet xhur, u anki ta' xahar, skond il-ftehim), sabiex jikkostitwixxu kapital gdid, kif ukoll dak li kull entrata tikkostitwixxi novazzjoni.L-anatocizmu, ossija l-interessi fuq l-interessi, huwa regolat mill-ligi civili fis-sens li ma jistghux jintalbu dawn l-interessi hlief wara li jkunu skaduti u mill-gurnata ta' talba gudizzjarja, jew b'konvenzjoni posterjuri; bil-kondizzjoni pero', sija fl-ewwel kaz kemm fit-tieni ipotesi, illi l-interessi jkunu dovuti ghal zmien mhux inqas minn sena. Imma f'materja ta' kont korrent dan il-principju jinsab derogat; ghax il-kuntratt ta' kont korrent "per se" mhux kuntratt ta' mutwu, avvolja fih ikun hemm imdahhlin xi somom b'sel; u l-korrispondenti f'dak il-kuntratt ma humiex mutwanti, immamandatarji. Anki r-regola illi l-interessi ma jkomplux jiddekorru malli jeccedu l-kapital ma tibqaxissehh fil-kuntratt ta' kont korrent.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info