Reference: Volume 81 (1997), Part No. 4, Section , Page 157

Judgement Details


Date
06/05/1997
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA vs ALFRED MIFSUD
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
SEWQAN BLA KONT - SEWQAN PERIKOLUZ - SEWQAN TRASKURAT
Summary
Sewqan traskurat (negligent driving) hu kwalsiasi forma ta' sewqan li jiddipartixxi minn jew li ma jilhaqx il-livell ta', sewqan mistenni minn sewwieq ragonevoli, prudenti. kompetenti u ta' esperjenza. Bhala regola, il-ksur tar-regolamenti tat-traffiku kif ukoll in-non-osservanza tad-disposizzjonijiet tal-Highway Code li jincidu fuq il-mod jew il-kwalita' ta' sewqan ta' dak li jkun, jammonta ukoll ghal sewqan traskurat. Sewqan bla kont hu deskritt fl-artikolu 15 (2) ta' l-Ordinanza dwar ir-Regolamenti tat-Traffiku (Kap. 65) bhala sewqan "bi traskuragni kbira". Din it-tieni ipotesi, jigifieri ta' sewqan bla kont, tikkontempla s-sitwazzjoni fejn il-grad ta' traskuragni tkun kbira u tinkludil-kazijiet fejn wiehed deliberatament jiehu riskji fis-sewqan li m'ghandux jiehu minhabba l-probabbilita' ta' hsara li tista' tirrizulta lil terzi, kif ukoll kazijiet fejn wiehed ikun indifferenti ghal tali riskji. Sewqan perikoluz (dangerous driving) jirrikjedi li fil-kaz partikolari s-sewqan kien ta' perkolu ghal terzi jew ghall-proprjeta' taghhom. Biex wiehed jiddecidi jekk kienx hemm dana l-perikolu, wiehed irid jara c-cirkostanzi kollha tal-kaz, inkluzi l-hin u l-lokalita' ta' l-incidentu l-prezenza o meno ta' traffiku iehor jew ta' nies ghaddejjin bir-rigel. Sewqan f'kaz partikolarijista' jaqa taht tnejn jew aktar minn dawn it-tliet forom ta' sewqan, f'liema kaz japplikaw id-disposizzjonijiet tal-ligi u d-dottrina in materja ta' konkors ta' reati. Ghall-finijiet ta' piena l-legislatur pogga s-sewqan bla kont u s-sewqan perikoluz fl-istess keffa. Ir-reat ta' sewqan traskurathu kompriz u involut f'dak ta' sewqan bla kont u f'dak ta' sewqan perikoluz.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info