Referenza: Volum 81 (1997), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 121

Dettalji tas-Sentenza


Data
17/02/1997
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT
Partijiet
IL-PULIZIJA vs GEORGE ZARB
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KORRUZZJONI TA' MINORENNI - KWERELA - OFFIZA GHAL-PUDUR JEW GHALL-MORALI MAGHMULA FIL-PUBBLIKU - PROCEDURI EX OFFICIO - STUPRU
Fil-Qosor
Ghalkemm l-azzjoni ghar-reat ta' korruzzjoni ta' minorenni titmexxa dejjem mill-awtorita' pubblika (essendo reat li mhux ta' kompetenza originali tal-Qorti tal-Magistrati bhala Qorti ta' Gudikatura Kriminali) tali azzjoni jehtieg il-kwerela tal-parti. Ghal din ir-regola hemm xi eccezzjonijiet, fosthom "fil-kazijiet imsemmijin fil-proviso ta' l-artikolu 544". Il-proviso ta' l-artikolu 544, applikat ghar-reat ta' korruzzjoni ta' minorenni, jipprovdi li meta d-delitt "isir bi vjolenza pubblika, jew flimkien ma' reat iehor li jolqot l-ordni pubbliku, l-azzjoni kriminali titmexxa indipendentementmill-azzjoni tal-parti privata". Ir-reat ta' offiza ghall-pudur jew ghall-morali maghmula fil-pubbliku ma jehtieg ebda kwerela proprju ghax hawn, bhal fil-kaz ta' l-arrest illegali, si tratta ta' reat li jolqot jew jinteressa l-ordni pubbliku. Skond gurisprudenza kostanti, jekk l-istupru jew l-attentat vjolenti ghall-pudur isiru f'post pubbliku jew f'post espost ghall-pubbliku - inkluz f'karozza li tkun fi triq pubblika - dawk ir-reati jkunu akkompanjati b'reat li jolqot l-ordni pubbliku proprju minhabba dak li jipprovdi l-artikolu 209 tal-Kodici Kriminali.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni