Reference: Volume 81 (1997), Part No. 4, Section , Page 185

Judgement Details


Date
16/06/1997
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Parties
IL-PULIZIJA vs ANTONIO SIVE ANTHONY SATARIANO
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
EXTRADITION ACT
Summary
F'din is-sentenza l-Qorti qalet li noti verbali u komunkazzjonijiet ohra bejn il-gvernijiet, li kkonducew ghall-hrug mill-Ministru ta' l-awtorita' ghall-procediment ta' l-estradizzjoni mhumiex sindikabbli mill-Qorti rimandanti. Il-funzjoni ta' dik il-Qorti tibda mill-hrug ta' l-awtorita' msemmija uma tirrigwardax dak li kien sar qabel bejn il-gvernijiet, li huwa kollu irrilevanti ghall-dawn it-tipi ta' proceduri. Il-provi li ggib persuna mressqa quddiem il-Qorti rimandanti, ma ggibhomx ghal-difiza taghha. Effettivament din il-persuna ma tkunx akkuzata quddiem il-Qorti rimandanti, izda quddiem il-Qorti barranija. Il-provi li ggib din il-persuna ma jkunux ghad-difiza taghha mill-akkuzi fil-Qorti rimandanti barranija, izda biex turi li l-Qorti rimandanti Maltija ma jkollhiex tkun sodisfatta li r-reat in kwistjoni jkun estradibbli jew li l-provi jkunu sufficjenti kif imsemmi fl-artikolu 15 (3) tal-Kap. 276. Huwa pacifiku fil-gurisprudenza li l-kriterju dwar is-sufficjenza tal-provighall-fini tad-decizjoni mill-Qorti rimandanti dwar jekk ghandhiex jew le tibghat lill-persuna ghall-estradizzjoni, ghandu jkun identiku ghall-kriterju dwar is-sufficjenza tal-provi ghal-fini tad-decizjoni mill-Qorti Istruttorja dwar jekk ikunx hemm jew li ragunijiet bizzejjed biex l-imputat jitqieghed taht att ta' akkuza. Dan il-kriterju gie dezinjat f'dawn it-termini. F'kaz li l-Qorti ssib lil-provi prima facie jindikaw il-probabbilita' tal-htija, jew anke jekk ikollha dubbju f'dan ir-rigward, hija ghandha tibghat lill-persuna ghall-estradizzjoni. Il-Qorti rimandanti ma ghandhiex tuzurpal-funzjoni tal-gudikant; ma ghandhiex tikkunsidra l-preponderanza tal-provi. Il-persuna mressqa quddiem il-Qorti rimandanti ma tistax iggib provi biex tattakka l-kredibilita' tal-provi migjuba kontra taghha. Il-provi li tista' ggib huma dawk li jistghu juru li l-provi migjuba kontriha, fl-assjemtaghhom, ma jindikaw ebda kaz kontra taghha, li minnu jkollha tiddefendi ruhha. Il-preskrizzjoni hija kwistjoni ta' fatt li ghandu jigi deciz mill-gudikant fil-meritu u mhux mill-Qorti rimandanti. L-Att dwar l-Estradizzjoni mkien ma jiddisponi li l-Qorti rimandanti ghandha tikkunsidra l-kwistjonita' preskrizzjoni. Skond l-artikolu 11 (2) il-preskrizzjoni ghandha tigi kkunsidrata mill-Ministrufid-diskrezzjoni tieghu li johrog jew le l-awtorita' ghall-procediment. Jigifieri l-kwistjoni tal-preskrizzjoni hija espressament imhollija fid-diskrezzjoni tal-Ministru u mhux ghad-decizjoni tal-Qorti rimandanti. Anzi kieku din il-Qorti kellha tillibera lill-persuna minhabba li tirritjeni l-azzjoni preskritta, tkun qieghda tincidi kontra l-ligi fid-diskrezzjoni moghtija bl-Att lill-Ministru. Ghall-finijiet ta' l-Att dwar l-Estradizzjoni, reat li bih persuna tkun akkuzata f'pajjiz barrani specifikat ikun reat ta' estradizzjoni jekk, inter alia, l-ghemil jew in-nuqqas li jikkostitwixxi r-reat, jew l-ghemil jew in-nuqqas ekwivalenti kien jikkostitwixxi reat kontra l-ligi ta' Malta li kiekusar f'Malta. F'din is-sentenza, l-Qorti ta' l-Appell Kriminali osservat li ma jkunx logiku li tikkunsidra li c-cirkostanzi aggravanti, meta jokkorru f'kaz ta' reat, jibdlu n-natura sostanzjali ta' dak ir-reat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info