Reference: Volume 81 (1997), Part No. 4, Section , Page 27

Judgement Details


Date
03/07/1997
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., ARRIGO NOEL V.
Parties
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs JASON CALLEJA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
CONCAUSA - INKJESTA MAGISTERJALI
Summary
Is-sistema taghna tal-Magistrat ta' l-Ghassa (li fil-fatt il-ligi qatt ma ssemmieh bhala tali), tal-Magistrat Inkwirenti, ta' l-in genere, u tal-proces verbal, ghalkemm ispirata minn sistemi f'certu sens ezistenti f'pajjizi ohra, hija partikolari ghal Gziritna. Wiehed ghalhekk irid joqghod attent li japplika biss dawk ir-regoli li mil-ligi taghna stess huma indikati bhala dawk li ghandhom jiggvernaw il-materja. Il-Magistrat Inkwirenti fil-kors ta' l-inkjesti ma jagixxix bhala Qorti Istruttorja, izda bhala Magistrat ut sic. Anzi, f'certi partijiet tal-Kodici Kriminali, bhal per ezempju, fl-artikolu 549 (4), hemm cara d-distinzjoni bejn il-Magistrat Inkwirenti u l-Qorti tal-magistrati bhalaQorti Istruttorja. Huwa anqas ma ghandu funzjoni ta' Qorti ta' Gudikatura Kriminali. Il-MagistratInkwirenti hu fdat lilu l-inkariku li fil-kazijiet previsti mill-istess titolu, jinvestiga r-reat jew il-fatt rapportat lilu u/jew izomm l-access li l-ligi tipprevedi u fl-ahharnett jirredigi processverbal li l-ligi stess tirregola u tattribwilu valur probatorju. Dan kollu jifforma parti integrali mill-process generali tar-ricerka tal-verita' u jikkonsisti principalment fil-gbir u preservazzjoni ta' dawk il-provi kollha, diretti u indiretti, li l-Magistrat Inkwirenti jirnexxilu jidentifika bhala pertinenti ghall-grajja jew reat li jkun qed jinvestiga. Bhala tali, u kuntrarjament ghal dak li jigri f'certi sistemi kontinentali, il-Magistrat Inkwirenti mhux parti mill-pulizija u wisq anqas,mill-prosekuzzjoni, anzi jidher car li fis-sistema taghna huwa previst biex f'numru ta' kazijiet serji li l-ligi stess tispecifika, l-investigazzjoni ma ssirx biss, u l-provi ma jingabrux u ma jiguxippreservati biss mill-pulizija, izda ukoll, anzi essenzjalment, minn persuni indipendenti mill-poter esekuttiv ta' l-Istat u li jiggarantixxu li r-ricerka tal-verita' ma tkunx inkwinata minn xi interessi hlief dak suprem li kollox isir skond il-haqq u l-gustizzja. Rwol dan, li Lord Tucker, fl-appell quddiem il-Privy Council in re Regina vs George Terreni, iddeskriva bhala a good way of preserving evidence. Certament mhix il-funzjoni tal-Magistrat Inkwirenti li jiddecidi li ghar-reat investigat minnu huwa certament jew probabbilment responsabbli xi hadd partikolari, ghax kif inghad huwa ma jagixxix qua Qorti, la ta' Istruttorja u lanqas ta' Gudikatura. Izda hija certament il-funzjoni tieghu li jiddecidi l-ewwel hemmx provi sufficjenti li verament sar reat u t-tieni jekk a bazi tal-provi- indipendentement mill-apprezzament taghhom - hemmx bizzejjed biex jinghad li xi hadd partikolarijista' possibbilment ikun passibbli ghal proceduri kriminali. Il-prattika fost il-Magistrati dejjemkienet - u l-logika legali hekk tirrikjedi - illi meta u appena l-Magistrat Inkwirenti jigi informat mill-pulizija illi persuna kienet ser titressaq jew ga' giet imressqa l-Qorti u akkuzata bid-delitt li l-Magistrati Inkwirenti kien qed jinvestiga, dan isir mhux ghas-semplici formalita', izda biexil-Magistrat Inkwirenti proprju ma jkomplix bl-investigazzjoni tieghu u jghaddi biex jirredigi l-process verbal. Minn dak il-mument, il-funzjoni tal-magistrat Inkwirenti tigi immedjatament cirkoskritta u kull ma jkun jifdallu jaghmel huwa, mhux li jaghlaq l-inkjesta, izda li jissospendiha u jipprocedi biex jirredigi l-process verbal li fih jindika dak li tirrikjedi l-ligi u xejn aktar. F'cirkostanzi bhal dawn minhabba li persuna partikolari tkun ghaddiet taht il-gurisdizzjoni tal-Qorti b'akkuza specifika, hu impellenti li l-Magistrat Inkwirenti jifhem li l-funzjoni tieghu ta' investigatur matistax titkompla u ghalhekk huwa necessarju li l-proces verbal tieghu jkun limitat biss biex jindika xi provi lahaq gabar u ppreserva sa dak il-hin minghajr ma jipprova jistabbilixxi htijiet jew responsabbilitajiet partikolari. Infatti l-formula dejjem kienet li f'dawn ic-cirkostanzi l-Magistrat wara li jindika xi provi lahaq gabar jghaddi ghall-paragrafu konklussiv li dejjem kien jikkonsisti f'dikjarazzjoni li minhabba n-notizja u l-fatt tal-prezentata huwa ssospenda l-inkjesta jew l-access,irrediga l-proces verbal li mieghu jghaqqad id-deposizzjonijiet tax-xhieda u d-dokumenti migbura. Imbaghad jiddisponi mill-proces verbal kif trid il-ligi. Id-dottrina tal-concausa hija rizultat tal-bzonn li nhass mil-legislaturi ta' diversi pajjizi li f'kazijiet ta' offizi fuq il-persuna, safejn hupossibli, l-awtur li ma kellux l-intenzjoni li jikkawza mewt, m'ghandux jigi ritenut responsabbli ghal effetti li l-att tieghu ma kienx ihalli li kieku ma kienx ghal kawza accidentali (concausa). Il-concausa tista' tkun marbuta biss mad-delitt ta' offiza gravi segwita mill-mewt u mhux ma' l-akkuzata' omicidju. Dak li hu rikjest hu biss li l-concausa tkun accidentali jigifieri trid tkun totalment indipendenti mill-att ta' l-awtur tad-delitt u inoltre trid tinqala' wara li tkun giet ikkawzatal-offiza fuq il-persuna. Fid-dottrina hemm veduti differenti dwar l-effetti ta' negligenza ta' infermieri u tobba fil-kura tal-ferut. Il-Maino u l-Manzini, per ezempju, isostnu li f'kazi bhal dawn,il-concausa hija possibbli mentri awturi bhal Kenny, per ezempju, ma jaqblux billi jsostnu illi taliriskju huwa dejjem inerenti ghall-offiza ikawzata, fis-sens illi kieku ma kinitx kawzata l-offiza ma kienx ikun hemm konsegwenzi. Taht il-ligi taghna fejn jirrizulta illi l-mewt grat bhala rizultatkemm tal-ferita kif ukoll tal-fatt sopraggunt, l-akkuzat ikun intitolat ghall-beneficcju tal-concausa. Jigifieri, dak li hu importanti taht il-ligi taghna mhux il-fatt jekk il-ferita inflitta kinitxiggib il-mewt wahedha u jekk din il-mewt kinitx tikkawzaha minghajr l-intervent tal-kirurgi, izda jekk effettivament il-mewt gietx kawzata mhux biss bhala rizultat tal-ferita inflitta, izda ukoll minnevent sopraggunt accidentali u indipendenti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info