Reference: Volume 75 (1991), Part No. 1, Section 1, Page 207

Judgement Details


Date
22/04/1991
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
MIFSUD BONNICI GIUSEPPE, HERRERA JOSEPH A., AGIUS CARMEL A.
Parties
N/A
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ADOZZJONI - DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM - FAMILJA, DRITT GHALL- - GUSTIZZJA NATURALI - KONVENZJONI EWROPEJA - KOSTITUZZJONI - KUNSENS - MISSIER NATURALI - NECISSITA' TA' NULLITA' - ORDNI TA' RIFERENZA MILL-LEGITTIMU KONTRADITTUR - SEKOND'AWLA TAL-QORTI CIVILI - SMIEGH XIERAQ - TRATTAMENT INUMAN
Summary
Il-procedura bdiet minn ordni ta' riferenza tas-Sekond'Awla tal-Qorti Civili fejn kienu pendenti proceduri ghall-adozzjoni tal-bint naturali tar-rikorrent, missierha. L-omm kienet tat il-kunsens taghha ghall-adozzjoni. Il-missier naturali ppretenda li l-adozzjoni ta' bintu minn terzi minghajr il-kunsens u kontra r-rieda tieghu kienet tilledi d-drittijiet fundamentali tieghu kif protetti mill-artikoli 6, 8 u 14 tal-Konvenzjoni Ewropeja u l-artikoli 36 u 39 tal-Kostituzzjoni. Il-Prim'Awla tal-Qorti Civili ddecidit billi fil-waqt li respingiet l-eccezzjonijiet procedurali sollevati mill-Attorney General, iddecidit billi ddikjarat illi l-fatti allegati mir-rikorrent ma kinux jikkostitwixxu vjolazzjoni tad-drittijiet fundamentali tieghu. Ir-rikorrent appella, waqt li xi whud mill-intimati appellaw incidentalment. Il-Qorti Kostituzzjonali kkonfermat. L-ordni ta' riferenza kien sar mis-Sekond'Awla tal-Qorti Civili. Billi l-proceduri f'dik il-Qorti huma ta' natura volontarja u mhux kontenzjuza, gie li fl-ordni ta' riferenza mibghut lill-Prim' Awla tal-Qorti Civili kien jonqos il-legittimu kontraditur. Il-prezenza ta' legittimu kontradittur hija dejjem mehtiega fil-proceduri kontenzjuzi u dan ghall-validita' stess tal-istess proceduri. In notifika semplici ta' terzi ghal liema rrikorriet l-ewwel Qorti, li ma tirrendihomx intimati bil-kjamata fil-kawza taghhom, ma hiex sufficjenti biex tirregolarizza l-proceduri. Il-Qorti, pero', ma annullatx dawn il-proceduri ghar-raguni sovrastani tal-gustizzja mat-tarbija. Ghalhekk, ghalkemm l-eccezzjonijiet procedurali sollevati mill-Attorney General messhom gew milqugha, il-Qorti, wara z-zmien li kien ghadda, u fl-interess tal-gustizzja, ma kenitx aktar f'qaghda li taghmel dak. Fil-mertu imbaghad il-Qorti Kostituzzjonali osservat li fi kwistjonijiet simili jinholoq konflitt bejn id-drittijiet fundamentali tat-tarbija adottandiu dawk tal-missier naturali. Il-gustizzja naturali tehtieg li f'tali konflitt, id-drittijiet tat-tarbija jkollhom is-sopravvent. Il-missier naturali ma kienx qieghed ibaghti vjolazzjoni fid-dritt tieghu ghall-familja, u ma kienx qieghed ibaghti ebda diskriminazzjoni jew trattament inuman. Bl-agir tieghu kienet it-tarbija li kienet qeghda tbati menomazzjoni fid-drittijiet taghha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info