Reference: Volume 37E (1953), Part No. 4, Section , Page 1110

Judgement Details


Date
30/05/1953
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
THOMAS W. HEDLEY PR. ET NE. vs EMANUEL C. TABONE, M.L.A. ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
EDITUR - GURNAL - INGURJA KOLLETTIVA - KOMPENSAZZJONI - KORP MORALI - LIBELL - SERVILIZMU - VERITA' TAL-KONVICJU
Summary
Korp morali jista' jaghmel kawza ta' libell ghal offizi fir-riputazzjoni tieghu; s'intendi illi l-korp morali ma jistax, "ex natura rerum", jagixxi ghal certi imputazzjonijiet li jista' jagixxi ghalihom individwu. L-imputazzjoni li gurnal isegwi politika ta' servilizmu, bhala li b'hekk ikun qieghedjonqos minn funzjoni fondamentali ta' l-istampa - dik edukativa - hija ingurjuza; u ghalhekk min jimputa servilismu lill-gurnal ikun qieghed jimputa lill-"Corporation" li tmexxi dak il-gurnal li hijaqiegheda tmexxi l-"business" taghha hazin u b'mod inefficjenti; u jirrendi ruhu hati ta' ingurja kontra dak il-korp morali bhal fil-kaz ta' kwalunkwe imputazzjoni li tattribwixxi lill-gurnal xejta dizonesta. Qabel ma l-Qorti tidhol fl-eccezzjoni tal-verita' tal-konvicju, huwa logiku li l-Qorti tiddecidi preliminarment jekk l-artikolu nkriminat huwiex libelluz; ghax jekk l-artikolu ma hux libelluz, ma hemmx lok ghall-eccezzjoni tal-"justification", u biex il-Qorti ma taffrontax il-kwistjoni tal-verita' bla bzonn. Ghall-finijiet ta' libell ma hemmx bzonn li l-persuna ngurjata tigi msemmija b'isimha, imma hu bizzejjed li numru sostanzjali ta' persuni ragjonevoli jifhmu ghal min hu ntiz l-artikolu nkriminat. Jekk l-artikolu hu libelluz, hu tali tant fil-konfront ta' l-editur, li jaghti l-indirizz lill-gurnal, kemm ukoll lill-korp morali li jmexxi dak il-gurnal. In tema ta' ingurja hijaammissibili bhala difiza l-eccezzjoni tal-kompensazzjoni; u ma jidherx li din id-difiza ma tistax tingieb ukoll fl-ingurja per mezz ta' l-istampa




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info