Referenza: Volum 82 (1998), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 446

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/12/1998
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
VELLA PATRICK
Partijiet
IL-PULIZIJA vs NAZZARENO ZARB U MELCHIOR SPITERI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITT TA' APPELL TA' L-AVUKAT GENERALI - ESPERTI EX PARTE - KOMPETENZA TAL-QORTI TAL-MAGISTRATI - RICETTAZZJONI - SERQ
Fil-Qosor
Il-posizzjoni dwar il-materja lijkun jiffurmaw parti mill-Korp tal-Pulizija hija li dak li gie decizli huwa null u ma ghandux valur probatorju ghandu jittiehed likien hekk ab initio, u mhux li sar hekk wara d-cizjonijiet f'kawzi ta` natura kostituzzjonali.HUwa principju ormai accettat li sakemm l-inkarigu espletat minn tali espert ikun biss kwistjoni ta` kostazzjoni ta` stat ta` fatt, ir-rapporttaghhom f'dak is-sens huwa ammississibbli, bhala prova valida. Huma l-opinjonijiet ul -kokluzjonijiet komparattivi taghhom li m'ghandhomx valur probatorju. Galadarba l-posizzjoni hija li rapport ta`dawn l-esperti, li jikkontjenu opinjonijiet u rizultanzi ta` xi ezamijiet minnhom mahgmula, huma nulli u bla ebda effett probabtorju, taghmel sens li Qorti, anke minn jeddha, minkejja li ma jkunx hemm oggezzjoni ghal dawn l-esperti mid-dfizza, tiddecidi billi tiskarta ghal kollox tali opinjonijietu rapporti. Idealment is-sitwazzjoni ghandha tkun li, fejn huwa possibli, provi kjarament inammissibbli ghandhom jigu ddikjarati hekk fil-mument opportun u allura sfilzat jew mwarrba mal-ewwel. B'danakollu, xejn ma jzomm Qorti li propju fl-ahhar tal-proceduri, meta tigi sabiex tassal ghall-konkluzjonijiet, u ddecizjoni taghha, tiddikjara hi, suq sponte, xi provi, li materjalment ikunu fl-atti, bhala nulli u bla ebda valur probatorju. Il-Qorti tal-Magistrari bhala Qorti ta` Gudikatura kriminali tista` ssib htija f'reat mhux dedott fl-akkuza, sakemm dak ir-reat ikun inqas mir-reat principaliu sakemm tassew dan ir-reat sekondaju effettivament ikun kompriz u involut fir-reat principali. Ir-reat tas-serq huwa hal kollox differenti mir-reat ta` ricetazzjoni. Bizzejjed wiehed ihares lejn l-elementi kosituttivi ta` dawn iz-ewg reati sabiex jara mal-ewwel id-differenza bejniethom. Per ezempju, l-element intenzjonali fiz-zewg reati huwa ghal kollox differenti. f'kaz ta` serq, l-oggett lijinsteraq jista`jkollu oriini jew provenjenza legittim, bhal ma generalment ikollu, u l-halliel jiehu dak l-oggett minghand sidu minghajr il-permess teighu, bl-intenzjnali lijaghmel xi forma ta` gwadann. Fir-ricettazzjoni, l-elemetn intenzjonali jirrkjedi li r-ricettatur ikun jef, jew mic-cirkostanzi partikolri tal-kaz, ikun missu ragonevolment ikunjaf, lil-oggett li qed jakkwista gej minn provenjenza kriminuza. Jigifieri x-xjenza tal-malvivvent fiz-zewg reati hija ghal kollox differenti. Fil-passat kien hemm gurisprudenza lokali li kienet tikkunsidra r-reat ta` ricettazzjoni bhala reat minuri kompriz u involut fis-serq. Izda din il-gurisprudenza inqalbet u gie rrikonxxut li r-ricettazzjoni huwa reat awtonomu mis-serq. L-Avukat Gernali ma ghandux dirtt ta` appel meta s-sentenza appellata ktun ibbazata fuq apprezzament ta fatt. L-artikolu 413 (1) (b) (iv) (i) tal-Kodici Kriminali jaghti dritt ta` appell lill-Avukat Generali meta l-Magistrat li jkun iddecida l-kawza fl-ewwel istanza jkun iddikjara illi fil-fatt ma kienx hemm l-elementi kostituttivi tar-reat addebitat lill-imputat, izda din il-kelma "fatt" ghandha tiftiehem bhala l-fatt kif migjub fl-imputazzjoni apparti l-provi, u mhux il-fatti kif jirrizultaw mill-provi. Taht dinid-disposisizzjoni huwa nake peremss l-appellmeta, ghad lil-Magistrat ikun dahal fil-fatti, pero`, meta jkun gie biex japplika ghalihom id-disposizzjoni tal-ligi, hu jiterpretaha hazin, ghaliex f'kaz simili jkun hemm ukoll kwistjoni tal-ligi.Is-semplici applikazzjoni tal-ligi ghall-fatt ma tammontx ghal punt ta` dritt. Kieku kien diversament, kull sentenza kienet tkun apppellabbli gahliex f'kull sentenza bilfors hemm u ssir applikazzjonital-ligi. L-artikolu 413 (1) (b) (iv) (i) ma ghandux jigi znaturat b'mod illimalli f'sentenza tissemma l-ligi, allura jitqies li hemm lok ghall-appell fuq punt ta` dritt, imma ghandu jigi korrettement mizmum fil-limiti gusti tieghu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni