Reference: Volume 82 (1998), Part No. 4, Section , Page 306

Judgement Details


Date
26/08/1998
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA vs ANTHONY BORG INGUANEZ
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
CLAMPING - SERQ - SERQ TA' HAGA PROPRJA - TOWING
Summary
Fil-kaz ta' vettura ikklampjata dik il-vettura tkun giet, b'effett tal-volonta' cara tal-legislatur,imnehhija temporanjament mil-libera disponibbilita' tas-sid, fis-sens li qabel ma s-sid ihallas id-dritt jew drittijiet dovuti, hu taht ebda cirkostanza ma jista' jiehu lura dik il-vettura. Sakemm ma jithallasx dak id-dritt jew jithallsu dawk id-drittijiet, il-vettura ghandha titqies, ankorke' temporanjaemnt, "altrui" ghall-finijiet u effetti kollha tal-ligi tas-serq, b'mod li jekk is-sid taghhajaqbad u jehodha biex ikompli jgawdiha, ikun qed jikkommetti serq. Huwa veru li r-Regolamenti ta'l-1997 dwar l-Ikklampjar u t-Tnehhija ta' Oggetti ta' Ingombru fir-Regolamenti tat-Traffiku jipprovdu ghar-reat specifiku ta' min jittanta jnehhi jew inehhi l-vettura bil-klampi mqieghda mar-roti taghha; izda dan ir-Regolamenti qed jikkontempla mhux l-ipotesi ta' min jimpossessa ruhu mill-vettura biex jaghmel uzu minnha qua dominus, f'liema kaz ikun hemm is-serq, izda s-sitwazzjoni ta' min ibaghbas mal-klampi jew semplicement icaqlaq vettura bil-klampi mqieghda mar-roti minn post ghal iehor minghajr il-hsieb li jimpossessa ruhu minnha. Ghal dak li jirrigwarda vetturi li jkunu gew semplicementirmunkati, ma jidhirx li r-regolamenti ta' l-Avviz Legali 94 ta' l-1997 jipprovdu tassattivament lil-vettura ma tistax tigi ritornata lil sidha qabel ma jithallas id-dritt ta' rmonk u tal-hazna. Mahemm xejn f'dawn ir-regolamenti li jipprekludu lill-Kummissarju milli hekk jirritorna l-vettura u jekk id-dritt jibqa' ma jithallasx, li jipprocedi civilment ghal dawk id-drittijiet. Fi kliem iehoril-legislatur jittratta b'mod differenti l-vetturi kklampjati minn dawk li jkunu biss irmonkati, b'mod li ma jistax jinghad li dawn ta' l-ahhar gew imnehhija b'mod sostanzjali mil-libera disponibbilita' tas-sidien taghhom (bhalma hu l-kaz tal-vettura kklampjati). Ghalhekk fil-konfront ta' vettura li tkun giet semplicement irmonkata u mhux ukoll ikklamjata, tali vettura, waqt li tkun fil-pussess tal-pulizija, ma tistax titqies li tkun "altrui" ghall-finijiet ta' l-estremi tar-reat ta' serq.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info