Reference: Volume 82 (1998), Part No. 4, Section , Page 299

Judgement Details


Date
26/08/1998
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA vs GAUDENZIO BORG
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ATT DWAR ID-DRITTIJIET TA' L-AWTUR (KAP. 196) - FRODI FIL-KUMMERC - KSUR TA' DRITTIJIET TA' L-AWTUR - KWERELA
Summary
Ghall-fini tad-diversi paragrafi kkontemplati fis-subartikolu (1) ta' l-artikolu 298 tal-Kodici Kriminali, ebda kwerela mhi mehtiega; jigifieri l-pulizija jistghu jipprocedu ex officio. Ghalkemm l-artikolu 542 tal-Kodici Kriminali, li jitkellem dwar min jista' jaghmel kwerela f'isem haddiehor, ma jsemmix specifikament persuna li jkollha prokura minghand haddiehor, dan l-istess artikolu ma jeskludix li kwerela ssir a bazi ta' prokura generali jew specjali. L-artikolu 542 hu intiz proprju biex jipprovdi ghal dawk il-kazijiet fejn wiehed ma jistenniex li ghandu jkun hemm prokura u fejn ghalhekkil-ligi tippresumi l-awtorita' li persuna ghandha li taghmel kwerela a nom ta' persuna ohra. Bil-kelma "emblema", uzata fl-artikolu 298 (1) (f) tal-Kodici Kriminali, wiehed ghandu jifhem dak l-assjem ta' kliem, kuluri, sinjali, marki u stampi, jew kombinazzjoni ta' xi uhud minnhom, mahsuba biex iwasslu messagg, per ezempju dwar l-origini, il-provenjenza jew in-natura tal-merkanzija in kwistjoni.L-emblema trid tkun "imxebbha b'qerq", jigifieri maghmula tixbah - u ghalhekk mhux necessarjamentidentika ghal - wahda awtentika bl-iskop li tqarraq. L-istess, naturalment, jinghad ghal marka jewsinjal: dawn iridu jkunu jixbhu marka jew sinjal awtentiku. Ma hemmx ghalfejn li l-marka, sinjal jew emblema jkunu "stampati"; marka, sinjal jew emblema mehjuta b'xi mod ikun li jkun, hi bizzejjed.Ghall-fini tar-reat ikkontemplat fl-artikolu 298B, il-kwerela hi mehtiega. Jekk l-oggett in kwistjoni jew xi marka jew emblema fuqhom ma jinkwadrawx ruhhom fi "ksur tal-jeddijiet li johorgu mid-drittijiet ta' l-awtur" (copyright) u cjoe' jaqghu taht xi wahda mill-kategorji msemmija fl-artikolu 3 (1) tal-Kap. 196, allura ma jistax jissussisti r-reat ikkontemplat fl-artikolu 298B tal-Kodici Kriminali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info