Referenza: Volum 82 (1998), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 117

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/02/1998
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT
Partijiet
IL-PULIZIJA vs DAVID MIZZI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
HOLQIEN QARRIEQI TA' PROVI FOLOZ - KALUNJA - SIMULAZZJONI TA' REAT
Fil-Qosor
Ir-reat ikkontemplat fl-artikolu 110 (1) tal-Kodici Kriminali hu dak tal-kalunja reali jew indiritta, u jiddistingwi ruhu mill-kalunja verbali jew diretta kkontemplat fl-artikolu 101 billi jirrikjedili l-........... b'qer, materjalment holoq, jew materjalment gieghel li jidher li hemm fatt jew cirkostanza bl-iskop li dan il-fatt jew cirkostanza bl-iskop li dan il-fatt jew cirkostanza tkun tista'tingieb bhala prova kontra persuna ohra. Kemm fil-kalunja diretta kif ukoll f'dik indiretta, l-element formali tar-reat jikkonsisti illi filli wiehed ikollu l-hsieb li jaghmel hsara lil persuna ohrabilli jaghmelmill-gustizzja strument ta' ingustizzja kontra dik il-persuna l-ohra. Fi kliem iehor,ghar-reat ikkontemplat fl-artikolu 110(1) mhux bizzejjed is-semplici kliem, gew migjuba bil-fomm jew bil-miktub, li permezz taghhom wiehed dolozament jakkuza persuna quddiem awtorita' kompetenti b'fatti ammontati ghal reat meta jkun jaf li dik il-persuan hi innocenti, izda hu mehtieg li jinholqu tracci jew indizzji materjali bil-hsieb l idawn ikunu jistghu jintuzaw kontra dik il-persuna. Kwantughar-raet ikkontemplat fl-artikolu 110 (2) - is-simulazzjoni ta' reat - dan, bhal fil-kaz tal-kalunja, jinqasam f'simulazzjoni reali jew indiretta. Is-simulazzjoni reali jew indiretta tavvera ruhha meta wiehed bil-qerq johloq tracci ta' reat b'mod li jistghu jinbdew proceduri kriminali sabiex jizguaw li dak ir-reat kien sar. Is-simulazzjoni verbali jew diretta tirrikjedi sempliciment li l-agentikun iddenunzja lill-Pulizija Esekuttiva reat li hu jkun jaf li ma sarx. Ghalhekk elment kostituttiv ta' dan ir-reat hu l-konsapevolezza ta' l-agent li r-reat li hu qed jiddenunzja fil-fatt ma sehhx. Is-semplici fatt li wiehed joqghod fuq dak li jkun qallu haddiehor, minghajr ma jkollu raguni ghaliex jahseb li dak li qallu dak il-haddiehor ma kienx minnu, ma jwassalx ghal dan ir-reat.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni