Reference: Volume 82 (1998), Part No. 4, Section , Page 219

Judgement Details


Date
10/07/1998
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA vs MARTIN DIMECH; OMISSIS
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
KOMPETENZA TAL-QORTI TAL-MAGISTRATI - SERQ FURTO D'USO
Summary
L-artikolu 367 tal-Kodici Kriminali jitkellem car dwar liema huma u kif jissejhu l-Qrati Inferjuri li ghandhom kompetenza kriminalil; dawn jissejhu "Qrati tal-Magistrati" u huma tnejn, wahda ghal Gzira ta' Malta u l-ohra ghall-Gzejjer ta' Ghawdex u Kemmuna. Kull Qorti tal-Magistrati, imbaghad ghandha zewg attribuzzjonijiet: wahda ta' Qorti ta' Gudikatura Kriminali u l-ohra ta' Qorti Istruttorja,skond in-natura tar-reat li jkollha quddiemha (u salv dak li jipprovdu l-artikolu 370 u 433 (3) tal-Kodici Kriminali). Dik il-Qorti, pero', tissejjah proprju "Qorti tal-Magistrati", u, wara l-bidu fis-sehh ta' l-Att VIII ta' l-1990 (illum il-Kap. 340) dik il-Qorti ghandha tissejjah "Qorti tal-Magistrati (Malta)" jew "Qorti tal-Magistrati (Ghawdex)" skond il-kaz. Kif gie ripetutament deciz mill-Qorti ta' l-Appell Kriminali, l-indikazzjoni ta' jekk hijiex Qorti ta' Gudikatura Kriminali jew QortiIstruttorja (jigifieri l-indikazzjoni ta' l-attribuzzjoni) hi mehtiega biss, skond l-imessemi Kap.340, meta jkun qed jigi pprezentat xi att fil-Qrati tal-Magistrati. Hu evidenti li l-pronunzjamentta' sentenza ma jistax jigi ekwiparat mal-prezentata ta' xi att. Il-hsieb ta' gwadan - animuns lucrandi - fis-serq mhux necessarjament ikun gwadan pekunjarju dovut ghar-reciklagg ta' l-oggett misruq.Il-gwadann maghmul mill-uzu tal-haga huwa bizzejjed. Infatti, dak li jissejjah furto d'uso hu furto, serq, fejn proprju l-gwadann hu maghmul jikkonsisti mill-uzu ankorke' temporanju, ta' l-oggett.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info