Referenza: Volum 82 (1998), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 127

Dettalji tas-Sentenza


Data
13/03/1998
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Partijiet
IL-PULIZIJA vs ALEXANDER ZAMMIT ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AGGRAVJU GENERALI: UFFICJAL PUBBLIKU - AGGRAVJU TAL-LOK U TAL-PERSUNA - SERQ - STORN
Fil-Qosor
Wiehed mill-elementi tar-reat ta' storn huwa li l-oggetti in kwistjoni jkunu gew fdati lill-individwu minhabba l-kariga jew impjieg tieghu. Kjarament, jew ikun hemm dan l-affidament ta' l-oggetti, jew inkella jkun hemm it-tehid taghhom invito domino li hu element tas-serq. Wiehed minn dawn l-elementi ovvjament jeskludi lill-iehor relattivament ghall-istess fatt. Ir-raison d'etre tal-kwalifika tal-lok fis-serq hija li s-serq minn dak il-lok partikolari huwa kkunsidrat bhala iktar gravi minn serq minn lok iehor, u r-raison d'etre tal-kwalifika tal-persuna hija li l-kariga ta' l-individwu tirrendi iktar facli s-serq mill-post partikolari fejn jigi kommess. Mill-banda l-ohra, ir-raison d'etre ta' l-aggravju skond l-artikolu 141 tal-Kodici Kriminali hija l-kariga ta' l-individwu bhala ufficjal jew impjegat pubbliku tkun timponilu d-dmir li jissorvelja biex ir-reat li jikkommetti hu nnifsuma jsirx. Huwa ormai stabbilit fil-gurisprudenza li l-artikolu 141 huwa applikabbli ghar-reati kollha "barra mill-kazijiet li fihom il-ligi tghid espressament liema huma l-pieni li ghandhom jinghataw ghar-reati li jsiru minn ufficjali jew impjegati pubblici".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni