Referenza: Volum 82 (1998), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 7

Dettalji tas-Sentenza


Data
08/05/1998
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., ARRIGO NOEL V.
Partijiet
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs JOSEPH GRECH U BERNARDETTE SPITERI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
FILES GOVERNATTIVI
Fil-Qosor
Wara li l-Qorti Kriminali ddecidiet li file governattiv, b'riserva ghal dak li jipprovdi l-artikolu637 (4) tal-kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili (Kap. 12), huwa ammissibbli bhala prova, il-Qorti ta' l-Appell Kriminali ddelineat il-krterji li ghandhom jiggwidaw l-ammissibilita' ta' l-imsemmija prova: Stabbilit illi l-file huma prima facie ammissibbli, il-Qorti Kriminali ghandha tghaddi biex ma l-ewwel opportunita' li jidhirilha xieraq u in ossequio tal-principji enunzjati fil-bidu tas-sentenza taghha, tipprokura l-esebizzjoni ta' dawn il-files fl-atti tal-kawza. Fit-tieni lok il-Qorti Kriminali ghandha, kif irriservat li taghmel, tara jekk dawn id-dokumenti jew xi parti minnhom, humiex, miquta mill-artikolu 637 (4) tal-Kap. 12 ghaliex dejjem jista' jkollha r-responsabbilita'li tinduna b'xi parti mid-dokument li jkun jehtieg li jigi ssenjat ghall-fini ta' l-artikolu msemmi.Sorpassat dan l-istadju, jekk l-artikolu 637 (4) tal-Kap. 12 fil-fehma tal-Qorti Kriminali ma jkunx japplika ghad-dokumenti in dizamina, l-stess dokumenti ghandhom jigu messi taht l-kontroll taghhaghad-dispozizzjoni kemm tal-prosekuzzjoni kemm tad-difiza, u ghandu mbaghad jigi stabbilit it-terminu f'liema d-difiza ghandha tindika liema partijiet minn dawk id-dokumenti hija tixtieq li taghmel uzu minnhom biex il-Qorti tkun ippreparata dwar kwistjonijiet ta' rilevanza. Ghandu jigi assigurat ukoll li dan kollu jsir fi stadju illi ma jippregudikax id-drittijiet tad-difiza li jkollha l-facilita' kollha li tipprepara d-difiza taghha.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni