Reference: Volume 33B (1949), Part No. 1, Section 1, Page 481

Judgement Details


Date
27/06/1949
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
BORG GORG, GANADO E., CAMILLERI LUIGI A.
Parties
CARMELO SANT ET. vs FORTUNATA GALEA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1552 U 2262 TAL-KODICI CIVILI, U ART. 781 TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - CESSJONI TA' L-INKWILINAT - ILLEGITTIMITA' TAL-PERSUNA - KOMUNJONI TA' INTERESSI - KOMUNJONI TA' L-AKKWISTI - KONTIJIET - LOKAZZJONI - MALE FEDE - MARA - MEZZADRIJA - PRESKRIZZJONI - PROVI - RABA' TAL-GVERN - XHIEDA
Summary
Il-kuntratt ta' mezzadrija huwa kuntratt ta' lokazzjoni ta' fond rustiku, skond il-ligi taghna, li fih l-element tad-divizjoni tal-profitti bhas-socjeta'; u ghalhekk il-preskrizzjoni ta' sena li ghaliha hija suggetta l-azzjoni ghar-rendiment tal-kontijiet kontra l-eredi ta' permess li kienet amministratur, tutur jew kuratur, mhix applikabili fil-kaz ta' azzjoni kontra l-eredi tal-mezzadru ghar-rendiment tal-kontijiet tal-mezzadrija li kienet f'idejn il-mejjet. Hija haga notorja illi l-Gvern fir-raba' tieghu jirrikonoxxi l-familja tal-gabillott li miet, jigifieri lill-mara tieghu u lil uliedu; ghaldaqstant meta l-Gvern jirrikonoxxi lit-tieni mara tal-gabillott, huwa presumibili li dan ghamlu bil-kunsens ta' wlied l-ewwel mara ta' dak il-gabillott. L-eccezzjoni ta' l-illegittimita' tal-persuna tista' tigi sollevata meta wiehed ikun inkapaci joqghod f'kawza, jew meta l-attur jew il-konvenut jidher fl-isem u fl-interess ta' hadd iehor minghajr ma jkun awtorizzat skond il-ligi ghal dan il-fini. Ghalhekk dik l-eccezzjoni mhix opponibili kontra l-eredi billi dan ma jindikax li qieghed jidher bhala eredi ta' l-awtur tieghu. U ghalkemm ikun mehtieg li fit-talba tidher il-provenjenza ereditorja tal-kreditu mitlub, mhux pero' mehtieg li fl-okkju tal-kawza jigi ndikat li l-attur qieghedjagixxi bhala eredi tal-kreditur. Meta l-mezzadru jitlaq il-mezzadrija ghal kollox u minfloku jidhol hadd iehor, ma hemmx sullokazzjoni, imma figura guridika li tixbah lic-cessjoni ta' l-inkwilinatbil-mezzadrija mieghu. Ghal dik ic-cessjoni hija mehtiega l-kitba; u jekk il-mezzadrija originarjatkun tirrizulta minn att publiku, anki c-cessjoni taghha tirrikjedi l-formalita' ta' l-att publiku.Imma jekk dina c-cessjoni tkun nulla minhabba l-forma, u c-cessjonarju jkun effettivament dahal fir-raba', huwa ma jistax jigi ezentat, bis-sahha ta' dik in-nullita', mill-obligi tieghu ta' mezzadru,fosthom dak li jirrendi kont tal-frutti percepiti ghall-imghoddi. Meta jigi mitlub kreditu pretizdovut minn bniedem mejjet, l-azzjoni hija diretta tajjeb meta tigi ezercitata kontra l-mara tieghu flimkien ma' wliedu; ghaliex il-prezenza tal-mara hija dekkem necessarja fil-kawza ghall-interess lihija jista' jkollha fl-akkwisti; u dan avvolja hija ma tirrispondix ghad-debiti tar-ragel meta l-komunjoni hija passiva. L-eredi ma jistax jallega illi l-"mala fede" ta' l-awtur tieghu ma tirrigwardahx u ma tistax tippregudikah. Jekk il-"mala fede" tirrizulta, l-eredi huwa tenut ghall-konsegwenzataghha, ghax huwa ma ghandux drittijiet akbar milli kellu l-awtur tieghu. Meta l-mezzadrija hija nulla minhabba nuqqas ta' kitba, il-prova li kienet tezisti tista' ssir per mezz ta' xhieda, u dan ghall-finijiet tal-likwidazzjoni tal-komunjoni ta' l-interessi li kien hemm tezisti fil-fatt. Meta l-Qorti tirrigetta l-preskrizzjoni nvokata minn min eccepiha, ma tistax tezamina jekk hix applikabili xi preskrizzjoni ohra; salv li fi stadju ulterjuri tal-kawza tista' tigi sollevata kwalunkwe preskrizzjoni ohra "si et quatenus"




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info