Reference: Volume 40C (1956), Part No. 1, Section 3, Page 658

Judgement Details


Date
17/11/1956
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
CARMELO ATTARD vs NAZZARENO CAMENZULI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
BOARD TAL-KERA - KWAZI-KUNTRATT GUDIZZJALI - LOKAZZJONI - SENTENZA
Summary
Jekk il-lokatur ta` parti ta` fond jirrikorri quddiem il-Board tal-Kera biex jawmenta l-kera ta` dikil-parti tal-fond minnu mikrija, u fir-rikors jghid li hu jikri lill-intimat il-fond fil-kwsitjoniminghajr ma jghid li hu jikri lill-intimat parti biss mill-fond, u l-Board tal-Kera fil-parti konkluzjonali tas-sentenza tieghu jghid biss li hu jistabbilixxi l-kera xieraq f'certu ammont, minghajr majispecifika li dak il-kera xieraq f'certu ammont, mingharj ma jispecifika li dak il-kera xieraq huhekk stabbilit ghall-parti biss okkupata mill-intimat, dan ma jgibx ghall-konsegwenza li nholoq kwazi-kuntratt gudizzjarju bejn il-partijiet fis-sens li dak il-kera hu ghall-fond kollu, u li kwindi l-intimat ghandu l-lokazzjoni tal-fond kollu, jekk fil-konsiderandi tas-sentenza l-Bord ikun qal illil-kera xieraq hekk stabbilit hu ghall-parti biss okkupata mill-intimat u s-sentenza tal-Board tkun bazata unikament fuq il-fatt li mir-rapport tal-membri teknici tal-Board jidher li dak hu l-kera xieraq ghal dik il-parti. Ghax id-dispozittiv ta` sentenza ghandu jigi nterpretat in armonija tal-motivazzjoni; u ladarba l-kliem tal-kosideranti bazilari, immedjatament precedenti ghad-dispozittiv, kienjuri ghal x'hix kien qieghed jigi stabbilit dak il-kera xieraq, id-decizjoni ghandha tiftiehem fis-sens lil-kera xieraq gie stabbilit ghal dik il-parti biss li hija okkupata mill-intimat, u mhux ghall-fond kollu. U dan aktar u aktar meta l-intimat, li ma eccepiex li hu l-inkwilin tal-fond intier, ma ppretendiex, fl-access tal-periti, li hu kellu l-ambjenti kollha tla-fond, imma halla li l-perizjatirraggira ruhha fuq l-ambjenti biss li hu kellu in lokazzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info