Reference: Volume 41A (1957), Part No. 1, Section , Page 76

Judgement Details


Date
08/02/1957
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM, MONTANARO GAUCI A.J., CAMILLERI LUIGI A.
Parties
ALFRED TONNA ET vs CARMELA BUGEJA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1064, 1065 U 1066 TAL-KAP. 323 - PROVA - RIPETIZZJONI TA' INDEBITU - ZBALL
Summary
Mhix ammessa l-azzjoni ta' ripetizzjoni ta' indebitu jekk mn ghamel il-hlas kien obligat ihallas civilment jew naturalment. Wiehed mir-rekwiziti, mbghad, tal0indebitu huwa l-izball fis-"solvens". Min jircievi l-hlas jista' jaghmel hekk tant xjentement kemm bi zball; izda min ihallas ghandu tabilfors ikun fi zball, biex tista' tikkompeti lilu l-azzjoni ta' ripetizzjoni ta' dak li huwa jkun hallas indebitament; u hu evidenti li l-fondament ta' din l-azzjoni huwa l-izball f'min ikun hallas - zball li minnu ma ghandux japprofitta ruhu min ikun ircieva l-hlas. Izda jekk ma ssirx il-prova ta' dak -izball fis-"solvens", u b'mod specjali jekk issir il-prova li dak is-"solvens" kien jaf bic-cirkustanzi li habba fihom ma kienx tenut ghall-hlas, allura ma ghandux dritt ghar-ripetizzjoni ta' dak li hallas. F'dan il-kaz, min ikun hallas ma jistax jilmenta bir-ragun; u jekk kellu xi dannu, "imputet sibi".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info