Reference: Volume 40C (1956), Part No. 2, Section 3, Page 714

Judgement Details


Date
28/01/1956
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CAMILLERI ALBERT V.
Parties
JOHN CUTAJAR vs AMELIA CUTAJAR ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
EMIGRAZZJONI - KURA TAT-TFAL - SEPARAZZJONI PERSONALI
Summary
Apparti l-hsieb ta' ordni morali u dak ta' ordni legali, li ghandhom setgha fil-materja ta' kura u kustodja tat-tfal in generali, il-principju dominanti "in subjecta materia", li jiddetermina normalment u generalment il-kwistjonijiet li jinsorgu dwar il-kura tat-tfal, huwa dak tal-aktar utilita' u dak tal-aqwa vantagg u nteress tal-istess tfal minuri fl-isfond tac-cirkustanzi personali u "de facto" li jkunu jirrizultaw mill-provi tal-kaz li jrid jigi rizolut. Il-parti umanitarja ghandha certament l-importanza taghha fir-relazzjoni tal-persuni li jkunu taw il-hajja lill-istess minuri; eppure l-istess ma ghandhiex tipprevali fuq l-interess u vantagg dirett tal-istess tfal. B'applikazzjoni ta' dawn il-principji, fil-kaz prezenti, fejn si trattava ta' ragel u mara mizzewgin u mifrudin legalment, u fejn it-tifla minuri taghhom kienet giet fis-sentenza moghtija fil-kawza tas-separazzjoni affidata lill-omm, dina, li riedet temigra ghall-Awstalja, giet awtorizzata tiehu maghha f'dak il-pajjiz lil dik it-tifla minuri kontra l-oppozizzjoni tar-ragel, avvolja b'hekk dan kien ser jigi privat milli jkun jista' jara lil bintu; billi l-Qorti rriteniet li fic-cirkustanzi tal-kaz l-interess u l-vantagg tat-tifla mill-punto di vista tal-edukazzjoni taghha f'sens lat u minn dak tal-utilita' u l-akbar vantagg tal-istess tifla, ma kienx suggeribbli mutament fil-provvediment moghti dwar il-kura ta' dik it-tifla fis-sentenza tas-separazzjoni personali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info