Reference: Volume 41A (1957), Part No. 1, Section 1, Page 47

Judgement Details


Date
28/01/1957
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
CATERINA GERADA vs AVUKAT DR. ANTONIO CARUANA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPLIKAZZJONI HAZINA TAL-LIGI - ART. 814 (1) U (3), U ART. 158 TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - NOTA TA' L-ECCEZZJONIJIET - NOTA TA` OSSERVAZZJONIJIET - RITRATTAZZJONI - ZBALL
Summary
Hemm lok ghar-ritrattazzjoni mhabba zball, jekk is-sentenza mpunjata kienet l-effett ta' zball li jidher mill-attijiet jew mid-dokumenti fil-kawza; u jitqies li hemm dan l-izball fil-kaz biss li d-decizjoni tkun bazata fuq is-suppozizzjoni ta' xi fatt li l-verita' tieghu tkun bla dubju eskluza, jewfuq is-suppozizzjoni li ma jezistax xi fatt li l-verita' tieghu tkun stabbilita pozittivament; basta li fil-kaz wiehed u l-iehor, il-fatt ma jkunx punt kontestat li jkun gie deciz fis-sentenza. Ghaldaqstant, jekk l-izball akkampat bhala motiv tar-ritrattazzjoni kien punt kontestat li gie maqtugh bid-decizjoni mpunjata, mhix ammessa r-ritrattazzjoni fuq il-motiv ta' dak l-izball; u l-apprezzamentu interpretazzjoni tal-fatti ma humiex sindakabbli, u ma jaghtux lok ghar-rimedju legali tar-ritrattazzjoni. Hemm ukoll lok ghar-ritrattazzjoni meta tkun applikata l-ligi hazin: imma jitqies li kienhemm applikazzjoni hazina tal-ligi fil-kaz biss li d-decizjoi, meta l-fatt kien tassew kif stabbilit fis-sentenza attakkata, ma tkunx dwar interpretazzjoni tal-ligi li fuqha l-Qorti tkun tat espressament decizjoni. Ghalkemm hu veru li min ikun konvenut, wara l-prezentazjoni ta' dik n-nota ta' osservazzjonijiet, u huwa obligu tal-gudikat li , meta jigi biex jaqta' l-kawza, jezamina u jivvaluta l-mezzi kollha ta' difiza li l-partijiet ikunu ressqu quddiemu. Il-motiv ta' applikazzjoni hazina tal-ligi ma ghandux jirrizolvi ruhu fi kritika tas-sentenza mpunjata; ghalex skond il-ligi, jista' jkunhemm lok ghar-ritrattazzjoni fuq dan il-motiv meta fuq il-fan kif stabbilit mill-Qorti d-dispozizzjonijiet tal-ligi gew applikati hazin, u mhux meta l-Qorti nterpretat dawk id-dispozizzjonijiet, u invista ta' dik l-interpretazzjoni tkun waslet ghal certa konkluzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info