Referenza: Volum 40C (1956), Parti Nru. 1, Taqsima 3, Paġna 616

Dettalji tas-Sentenza


Data
25/02/1956
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
VICTOR HERRERA vs RONALD GULIA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
HAJT ESTERN - LOKAZZJONI
Fil-Qosor
Hu principju indubitat li fost l-accessorji li jidhlu fil-godiment tal-fond mikri lill-konduttur hemm anki l-hitan tal-faccata ta' barra; u ghalhekk l-inkwilin jista' jizbogh il-faccata ta' barra tad-dar mikrija ghandu bil-kuluri li jrid hu, avvolja dawn il-kuluri ma jkunux konformi, anzi jkunu jaghtu fil-ghajn, mal-kuluri li bihom tinsab mizbugha l-faccata ta' fond kontigwu miskri lil haddiehor.Konsegwentement, l-inkwilin tal-fond l-iehor kontigwu ma jistax jikkostringi lill-inkwilin li zebagh il-faccata tieghu b'kuluri differenti biex jerga' jizbogh b'kuluri konfacenti mal-faccata tal-fondl-iehor, sakemm l-inkwilin li adopera dawk il-kuluri differenti jkun zebagh biss dawk il-partijietli jiffurmaw parti mil-faccata tieghu u ma jkunx dahal f'ebda parti mill-faccatta tal-fond kontigwu.Ghalhekk ukoll, jekk iz-zewg fondi huma ta' sid wiehed, imma mikrija ghand zewg kondutturi differenti, dak il-konduttur li jrid li l-konduttur l-iehor jerga' jizbogh il-faccata tieghu bil-kuluri lijaqblu mal-faccata kontigwa, ma jistax jagixxi ghal dan l-iskop kontra s-sid; ghax is-sid, anzi, ghandu l-obligu li jmantni lill-konduttur fil-godiment tal-lokazzjoni, u mhux jindahallu kif jizbogh il-faccata tal-fond li krielu, fl-assenza ta' xi patt limitattiv f'dan is-sens fil-kuntratt tal-lokazzjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni