Reference: Volume 79 (1995), Part No. 1, Section 1, Page 205

Judgement Details


Date
14/07/1995
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
MIFSUD BONNICI GIUSEPPE, AGIUS CARMEL A., ARRIGO NOEL V.
Parties
LAWRENCE SIVE ROXANNE CASSAR vs L-ONOVEROLI PRIM MINISTRU ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ATT TAT-TWELID - DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM - PRIVACY - PRIVATEZZA - REGISTRU PUBBLIKU - TRANSESSWALI
Summary
Ir-rikorrent kienet transesswali u kienet qieghda titlob li l-att tat-twelid taghha jinbidel biex jirrifletti l-kundizzjoni prezenti taghha. Hija allegat li bin-nuqqas ta' bdil tac-certifikat hija kienet qieghda ssofri lezjoni fid-dritt fundamentali taghha ghall-privacy u ghalhekk talbet rimedju.Il-Prim' Awla tal-Qorti Civili laqghet it-talba tar-rikorrenti billi sabet li l-posizzjoni tal-ligiMaltija kienet tilledi d-dritt ghall-privatezza taghha u ordnat li ssir korrezzjoni fl-att tat-twelid. Il-Qorti Kostituzzjonali rrevokat u cahdet it-talbiet tar-rikorrenti. L-att tat-twelid skond il-ligi Maltija jirrifletti l-posizzjoni ta' l-individwu fid-data tat-twelid tieghu. Jekk dak l-att ikun korrett allura ma jigux permessi emendi ghalih. Il-fatt li tali emendi ma jigux permessi ma jista qatt iwassal ghall-konkluzjoni li l-privatezza ta' l-individwu koncernat qieghda tigi vjolata jewmenomata. Ic-certifikat huwa biss riflessjoni storika tal-fatti kif kienu fil-mument tat-twelid tat-tarbija. Il-Qorti kkummentat hekk: "fis-sentenza appellata din il-kwalita' tal-problema - l-interess generali u l-interess tar-rikorrent - ma gietx verament investita. U ghal din il-Qorti din hijaverament l-unika diffikulta' fil-kwistjoni kollha, ghaliex altrimenti, kieku mhux ghal dan l-interess komunitarju, l-Istat ma kienx ikun b'ebda mod intitolat li jindahal fi kwistjoni bhal din. Il-kontroll statali, li dejjem qeghdin izidu imposizzjonijiet ghall-identifikazzjoni tac-cittadin, bhal per ezempju l-Att dwar il-Karti ta' Identita' ta' l-1976 - Kap. 258 - inevitabbilment dejjem qeghdinicekknu l-arja tal-privat ta' l-individwu. Dawn huma kollha bazati fuq il-klassifika dualistika ta'l-ezistenza umana bazata fuq is-sess - maskil/femminili. Hija din ir-realta' li tohloq certi problemi meta l-istess realta' tinbidel u tispicca dik l-istaticita' li hija prezunta fil-maggoranza kbira tac-cittadini debitament skedati".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info