Referenza: Volum 80 (1996), Parti Nru. 2, Taqsima 2, Paġna 975

Dettalji tas-Sentenza


Data
07/10/1996
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
AGIUS CARMEL A., SAID PULLICINO JOSEPH, CAMILLERI JOSEPH D.
Partijiet
CHARLES CIAPPARA vs SALVU FENECH NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Fil-Qosor
Din is-sentenza kienet tirrigwarda kawza ta' millantazzjoni illi fiha l-Qorti tal-Kummerc tat zewg sentenzi - l-ewwel sentenza ipprefiggiet terminu lill-konvenut nomine biex jiddeduci l-pretensjoni tieghu kontra l-attur, filwaqt illi fit-tieni sentenza, l-Qorti imponiet il-perpetwu silenzju fuq il-konvenut nomine billi dan baqa' ma ddeduciex fil-petizzjoni tieghu bl-azzjoni appozita fit-terminu lilu prefiss. Il-Qorti ta' l-Appell iddikjarat illi l-ewwel rekwizit biex l-azzjoni ta' jattanza tkungustifikata trid tkun il-prova li l-konvenut kien qed jippretendi jedd jew f'att gudizzjarju jew xort'ohra, imma dejjem bil-miktub. Mhux biss trid issir il-prova posittiva u fizika tad-dokument jewatt li minnu tirrizulta l-millantazzjoni, mma trid issir ukoll il-prova illi dak li kien qed jivvanta l-konvenut kontra tieghu l-attur ikun dritt esigwibbli u preciz. Irid jirrizulta ukoll is-sejha espressa ghall-pagament li l-konvenut ikun qieghed jippretendi minghand l-attur. Is-semplici spedizzjoni ta' kont, meta ma jkunx akkumpanjat minn ebda sejha espressa ghall-pagament mhix millantazzjoniu mill-espedizzjoni ta' l-imsemi kont, ma jibdiex jghaddi t-terminu ta' sena li fih tista' tigi dedotta l-azzjoni ta' jattanza. Il-Qorti ta' l-appell ikkonkludiet ukoll illi m'hemmx lok gha;l gudizzju ta' jattanza meta l-allegazzjoni maghmula issir ghall-konservazzjoni tad-drittijiet, purche' r-ragunijiet allegati jkunu necessarji ghall-konservazzjoni jew preservazzjoni ta' dawk id-drittijiet lijkunu determinanti minn necessita' jew kawtela guridika.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni