Referenza: Volum 76 (1992), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 110

Dettalji tas-Sentenza


Data
05/10/1992
Qorti
CONSTITUTIONAL
Ġudikatura
MIFSUD BONNICI GIUSEPPE, HERRERA JOSEPH A., AGIUS CARMEL A.
Partijiet
IL-PULIZIJA vs L-ONOREVOLI DOTTOR JOSEPH BRINCAT U MARIE LOUIS COLEIRO
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KONVENZJONI EWROPEJA DWAR DRITTIJIET U LIBERTAJIET FUNDAMENTALI - KOSTITUZZJONI - KWERELA - LIBERTA' TA' ESPRESSJONI - MALAFAMA
Fil-Qosor
Il-mertu kien dwar procediment "ex officio" mill-Pulizija minghajr kwerela ghall-kawza ta' Malfama.Il-Qorti Kostituzzjonali rriteniet illi ma kienx hemm dubju li l-persuni li lilhom gew attribwiti l-fatti allegatament malafamanti mill-Istampa ta' l-intimati kellhom kull dritt li jagixxu biex jipprotegu r-reputazzjoni taghhom - imma meta dan m'ghamluhx, allura l-azzjoni prezenti maghmula mill-Pulizija ex officio hija maghmula mhux tipprotegi dawk ir-reputazzjonijiet (parti integrali mill-valuripersunali u individwali) imma fl-interess tas-socjeta' li fil-kuntest prezenti huwa interess socjali li facilment huwa riducibbli ghal interess statali. L-intromissjoni tal-Pulizija fil-liberta' ta'l-espressjoni f'dan il-kaz ghalhekk mhix diretta biex tilhaq xi wiehed mill-iskopijiet legittimi ta' natura pubblika, li jsemmu l-Kostituzzjoni u l-Konvenzjoni. L-azzjoni tal-Pulizija mhix necessarja f'socjeta' demokratika. Il-Qorti Kostituzzjonali ghalhekk sabet illi l-azzjoni mehuda mill-Pulizija ma kenitx konformi mal-liberta' ta' espressjoni protetta mill-art. 41 tal-Kostituzzjoni u mill-artikolu 10 ta' l-Att XIV ta' l-1987.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni