Referenza: Volum 76 (1992), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 64

Dettalji tas-Sentenza


Data
13/04/1992
Qorti
CONSTITUTIONAL
Ġudikatura
MIFSUD BONNICI GIUSEPPE, HERRERA JOSEPH A., AGIUS CARMEL A.
Partijiet
GUZA DEBONO ET vs L-ONOREVOLI PRIM MINISTRU ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ATT I TA' L-1983 - KOSTITUZZJONI - KUMPENS XIERAQ
Fil-Qosor
Kawza fejn giet impunjata Ligi cjoe' Att 1 ta' l-1983. Il-Prim' Awla tal-Qorti Civili annullat diversi artikoli mil-ligi attakkata. Il-Qorti Kostituzzjonali rriteniet illi billi l-istess ligi impunjata, fl-artikolu 5(3) tipprovdi li kien il-Bord ta' Arbitragg dwar Artijiet, il-Qorti Civili Prim' Awla u eventwalment il-Qorti ta' l-Appell li kellhom jiddeciedu "l-ammont ta' kull kumpens li (kull persuna) jista' jkollha jedd ghalih" kien manifest illi l-ezercizzju li talbu r-rikorrenti li jsir kien proprju dak li seta' jsir f'dak it-Tribunal u f'dawn il-Qrati, u dan kien ifisser ukoll li dik il-lezjoni lamentata mir-rikorrenti kienet, se mai, tista' tavvera ruhha meta dawk il-Qrati jiddeciedufinalment x'inhu l-ammont tal-kumpens u li meta da jkun hekk stabbilit il-Prim' Awla tal-Qorti Civili u eventwalment il-Qorti ta' l-Appell jezaminaw u jistabbilixxu jekk dak il-kumpens, stabbilit skond il-ligi impunjata, huwiex xieraq jew le, u allura jekk dik id-decizjoni tal-Qorti ta' l-Appell, in kwantu kkoncediet, skond il-ligi, kumpens mhux xieraq - dik id-decizjoni tkun leziva ta' dritt fundamentali sancit mill-artikolu 37(1)(a) tal-Kostituzzjoni. L-art 46(2) tal-Kostituzzjoni jindika diskrezzjoni fdata fl-ewwel lok f'idejn il-Qorti ta' l-ewwel istanza li generalment ma jigix disturbatmill-Qorti ta' l-Appell. Il-Qorti Kostituzzjonali rriteniet illi l-procedimenti gudijarji jridu fl-ewwel lok ikunu fermament ankrati mal-konkretezza tal-fatt, li minnu u minhabba fih, jibda u jispicca kull process. Giet revokata s-sentenza ta' l-ewwel Qorti u r-Rikors michud in kwantu intempestiv.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni