Referenza: Volum 76 (1992), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 23

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/01/1992
Qorti
CONSTITUTIONAL
Ġudikatura
MIFSUD BONNICI GIUSEPPE, HERRERA JOSEPH A., AGIUS CARMEL A.
Partijiet
IL-PULIZIJA (SPETTUR ANTOINE CASSAR) vs LONGINU AQUILINA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPLIKAZZJONI GHAL PROCEDURI QUDDIEM IL-QRATI TAL-MAGISTRATI FIL-FUNZJONI TAGHHOM KEMM BHALA QORTI TA' GUDIKATURA KIF UKOLL BHALA QORTI ISTRUTTORJA - ESPERTI JEW PERITI LI JIEHDU PARTI FI PROCEDURI KRIMINALI KONTRA PERSUNA DETERMINATA - ORDNI LI JITTIEHDU FINGERPRINTS
Fil-Qosor
Fl-artikolu 39 tal-Kostituzzjoni sabiex tigi assikurata l-protezzjoni tad-drittijiet u liberjatijietfundamentali ta' kull persuna li hija soggetta ghall-proceduri ta' natura penali - fis-sistema taghna - hija estiza u tikkomprendi lil kull persuna li tigi mharrka quddiem il-Qrati tal-Magistrati kemm jekk dawn ikollhom kompetenza ta' Gudikatura Kriminali u kemm jekk dawk ikollhom kompetenza ghall-istruttorja kriminali. Biex ordni ta' Magistrat tkun tista' tigi esegwita fuq xi persuna, dik il-persuna trid tkun diga giet jew ingabet taht il-gurisdizzjoni tieghu, ghaliex altrimenti dik il-persuna ma tkunx assoggetata u obbligata li tobdi dik l-ordni. B'emenda ta' l-1990, il-Magistrat f'tali procedura wara li jordna l-arrest imma qabel ma tibda l-kumpilazzjoni formali jista' johrog tali ordni biex jittiehdu dawk il-fingerprints. Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-ufficjali tieghu huma kollhal-ahjar xhieda tal-fatti reali u materjali, imma m'humiex u ma jista' jkunu l-mezz li bih issir kwalunkwe prova li tirrikjedi interpretazzjoni jew apprezzament jew stima mix-xhud. Ghalhekk l-impronti jistghu jittiehdu minn ufficjal tal-Pulizija sakemm dak l-operat jieqaf hemm u ma jsirx ezercizzjuvalutativ ta' dawk l-impronti jew ta' paragun ma' impronti ohra u simili. Il-Qorti Kostituzzjonaliaffermat il-posizzjoni taghha esposta fis-sentenza tat-22 ta' Mejju 1991 fl-ismijiet "Nicholas Ellul vs Kummissarju tal-Pulizija" dwar esperti jew periti li jiehdu parti fil-proceduri kriminali metadawn ikunu fil-konfront ta' persuna identifikata.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni