Reference: Volume 45A (1961), Part No. 1, Section 1, Page 47

Judgement Details


Date
10/02/1961
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
ELENA MAGRI ET. vs ROSARIA SIVE ROSA BORG
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPELL - ART. 695 TAL-KAP. 15. - DIKJARAZZJONI TAL-AVUKAT - PROVI
Summary
Jekk f'certu stadju tal-kawza d-difensur jiddikjara li ma ghandux provi aktar "ghal issa", dikjarazzjoni simili ghandha titqies li ssir, u li saret, bis-serjeta'; altrimenti jinghata lok ghall-protilazzjoni, xi minn daqqiet vessatorja, tal-kawzi; u kwindi l-parti mhix ammessa li ggib, wara li tkun saret dik id-dikjarazzjoni, xhieda ohra li hija kienet taf bihom meta saret id-dikjarazzjoni. Il-frazi "ghal issa" ma ghandiex sens; ghax jekk litigant ghandu, u jaf bi provi li verament u lealment irid jipproduci, ikun assurd li jigi dikjarat li hu ma ghandux provi aktar, anki jekk id-difensur jikkwalifika dik id-dikjarazzjoni bil-kelma "ghal issa". Kwalifika simili ma tistghax ragjonevolment tkopri dawk il-provi li kienu noti ghall-litigant. Taht cirkustanzi simili, id-dikjarazzjoni tal-avukat mhux ritirabbli. Kien ikun divers il-kaz kieku, fil-waqt tad-dikjarazzjoni, il-parti ma kienetxtaf b'dawk il-provi, jew kieku l-kontroparti, wara dik id-dikjarazzjoni, issollevat xi punt gdid likien jippostula in ripulsa provi ohra mill-parti li ghamlet dik id-dikjarazzjoni. Il-Qorti tal-Appell, hu pacifiku, ma tindahalx, in linea ta' massima fl-ezercizzju tad-diskrezzjoni tal-Qorti tal-Ewwel Istanza dwar l-ammissjoni ta' provi, hlief meta d-diskrezzjoni tal-Ewwel Qorti tkun giet ezercitata hazin, jew ghal xi motiv iehor gravi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info