Referenza: Volum 43A (1959), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 32

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/01/1959
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
TESSIE CINI vs JOSEPH ROSSIGNAUD NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL - ARBITRU - ART 15, 43(1), U 44 TAL-ATT VI TAL-1956 - IMPJEGAT - PRINCIPJU TA' IMPORTANZA - PROVA - SIGURTA' NAZZJONALI
Fil-Qosor
Persuna assikurata taht l-Att dwar is-Sigurta' Nazzjonali, u li tkun registrata bhala dizokkupata, titlef il-beneficcju ghal dizimpjeg ghall-perijodu ta' mhux aktar minn sitt gimghat, jekk hija tittraskura milli tavvantaggja ruhha minn okkazjoni ta' impieg li jigi lilha offert u li fl-opinjoni tad-Direttur tal-Emigrazzjoni, Xoghol u Ghajnuna Socjali, tkun xieraq ghaliha. Mid-decizjoni tad-Direttur jista' jkun hemm appell quddiem l-Arbitru mwaqqaf b'dak l-Att, jekk tkun kwistjoni ta' ligi jew principju ta' importanza li jitqanqal dwar dik id-decizjoni. Jekk id-Direttur ikun iddecieda li jippenalizza lill-haddiem ghax deherlu li x-xoghol minnu offert lil dak il-haddiem kien xieraq, certamentebda kwistjoni ta' dritt ma tkun involuta f'dik id-decizjoni; imma jibqa' li wiehed jara jekk il-motiv avanzat bhala aggravju mill-haddiem, fis-sens li x-xoghol lilu offert ma kienx xieraq ghalieh, jistax jinvolvi principju ta' importanza li jirrendi appellabbli dik id-decizjoni tad-Direttur. Il-fraz "principju ta' importanza" ghandu jiftiehem li tfisser kwistjoni ta' fatt li hi ta' importanza kbira ghax taffetta numru kbir ta' kazi fejn il-fatti materjali jkunu l-istess; u l-fattijiet sostanzjali jkunu l-istess meta, non ostante li d-dettall ta' kull kaz jkun jista' jiddifferixxi wiehed mill-iehor, huma jwasslu ghall-enuncjazzjoni ta' regola wahda jew ta' principju wiehed li johorgu minnhom. L-allegazzjoni tal-haddiem li hu rrofta x-xoghol offert lilu ghax dak ix-xoghol rikjest minnu huwa fizikament superjuri ghall-forsi tieghu, u kwindi jista' jkun ta' pregudizzju ghal sahhtu, u lighalhekk huwa kellu raguni tajba biex jirrofta dak ix-xoghol, tikkostitwixxi appuntu kwistjoni li s-soluzzjoni taghha hi ta' importanza kbira, ghax tabilfors taffetta numru kbir ta' kazi ohra; u kwindi dik id-decizjoni tad-Direttur hija appellabbli quddiem l-Arbitru. Il-fatt, mbghad, li dik id-decizjoni tkun appellabbli ghax tinvolvi principju ta' importanza kbira ma jfisserx illi r-raguni li tressqet mill-haddiem hija tajba, peress illi l-kwistjoni jekk dik ir-raguni hix tajba jew le tifformaoggett tal-meritu unikament. Kwantu ghall-meritu, id-Direttur ghandu d-dmir li jipprova l-ezistenzata' xoghol xieraq u li l-haddiem naqas milli jiehu l-passi necessarji jew ragonevoli biex jaghmel uzu mill-opportunita' tax-xoghol li gie lilu offert; u din il-prova huwa jilhaqha, jekk juri illi x-xoghol minnu offert apparentement kien xieraq u li l-haddiem naqas milli jivvantaggja ruhu minn dik l-opportunita'. Imma, mill-banda l-ohra, il-haddiem ghandu dritt juri li ma kienx traskurat, cjoe' li kellu raguni tajba biex jirrofta dak ix-xoghol, u li minhabba dik ir-raguni x-xoghol lilu offert,apparentement xieraq, ma kienx xieraq ghalieh. U din il-prova tmiss lilu. Jekk il-haddiem, talvolta, ma jkunx ta lill-Labour Officer ir-raguni l-ghala rroffta x-xoghol offert, il-Labour Officer imissu jinsisti ghal din ir-raguni, u jmissu jfiehem lill-haddiem li dak ir-rifjut tkun il-bazi tad-decizjoni tad-Direttur u tal-eventwali skwalifika mill-beneficcju ghad-dizimpjeg u kwindi, anki jekk talvolta l-haddiem ma jkunx ta dik ir-raguni, imma ma giex mitlub li jaghtiha, dan biss ma jirrendiehxpassibbli tal-iskwalifika, u ma jipprekludiehx milli jressaq dik ir-raguni quddiem l-Arbitru, meta l-appell tieghu hu ammissibbli skond il-ligi. Mid-decizjoni tal-Arbitru, mbghad, hemm appell quddiemil-Qorti tal-Appell tal-Maesta' Taghha r-Regina unikament fuq punt ta' ligi; u l-kwistjoni jekk id-decizjoni tad-Direttur kienetx appellabbli quddiem l-Arbitru tirrigwarda punt ta' dritt, u ghalhekkhija appellabbli s-sentenza tal-Arbitru quddiem il-Qorti tal-Appell. U dik id-decizjoni tad-Direttur kienet appellabbli quddiem l-Arbitru, ghaliex il-motiv tal-haddiem li huwa rrofta x-xoghol lilu offert ghax kien fizikament superjuri ghall-forzi tieghu u seta' jkun ta' pregudizzju ghal sahtu jinvolvi u jqajjem principju importanti li jista' jolqot kategoriji shah ta' haddiema, u ghalhekk jirregola s-soluzzjoni ta' ghadd kbir ta' kazi fl-applikazzjoni tal-ligi. F'din il-materja, id-Direttur jezercita funzjoni kwazi-gudizzjali, u kwindi d-decizjoni tieghu ma ghandhiex tkun xotta, imma ghandha tikkontjeni l-ispjegazzjoni tal-motiv taghha. Ghaldaqstant, xejn ma jiswa li d-Direttur jallega li bejnu u bejn il-haddiem ma kien hemm ebda kontroversja fuq dan il-principju, u li huwa qatt ma cahad id-dritt tal-haddiem li jirrofta xoghol superjuri ghall-forzi tieghu, u li l-haddiem ma tax lilur-ragunijiet li ta lill-Arbitru, jekk id-decizjoni tieghu kienet xotta u ma kienetx taghti ebda spjegazzjoni tal-motivi li wassluh ghad-decizjoni tal-iskwalifika tal-haddiem mill-beneficcju ghal dizimpjeg. Mid-decizjoni tad-Direttur ghalhekk ma setghax jirrizulta jekk id-Direttur ammettiex jew ikkontrastax principji ta' importanza kbira, li jiffurmaw kriterju biex, applikat ghall-kaz partikulari,wiehed jara jekk fil-fatti l-haddiem kienx gustifikat jew le jirrofta l-impjeg lilu offert. Lill-Arbitru l-fatti rrizultaw "aliunde", meta sama' provi fit-trattazzjoni tal-appell quddiemu. U jekk l-arbitru, fuq il-provi minnu mismugha, sab li kien hemm principju ta' importanza mnissel in konnessjoni mad-decizjoni tal-kwistjoni, u ghalhekk sama' u laqa' l-appell tal-haddiem skwalifikat mid-Direttur, konformement ghad-dispozizzjoni tal-ligi, u korrettament in kwantu fuq l-apprezzament li ghameltal-provi hu rritjena li kien hemm dak il-principju ta' importanza, u dan kien jirradika l-kompetenza tieghu u d-dritt tal-haddiem ghall-appell quddiemu, id-decizjoni tal-Arbitru hi sewwa, u d-Direttur ma jistax jappella minn dik id-decizjoni; ghax hu jista' jappella quddiem il-Qorti tal-Appell biss fuq punt ta' dritt, u l-Qorti tal-Appell ma tidholx fil-meritu tal-fatti u fl-apprezzament tal-provi li taghhom ghamel l-Arbitru; ghax fuq l-apprezzament tal-provi u tal-fatti biss id-Direttur ma jistax jappella mid-decizjoni tal-Arbitru.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni