Reference: Volume 82 (1998), Part No. 2, Section 1, Page 40

Judgement Details


Date
04/03/1998
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, FILLETTI JOSEPH A., MANCHE` ALBERT
Parties
NICHOLAS ATTARD ET NOE vs PROFS. ROGER ELLUL MICALLEF BHALA RETTUR U IN RAPPREZENTANZA TA' L-UNIVERSITA' TA' MALTA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
DISKREZZJONI ENTRO PARAMENTRI BEN DEFINITI U MAGHRUFA SEWWA - GHAZLA TA' STUDENTI - HTIEGA TA' RELOLAMENTI SKOND L-ATT DWAR L-EDUKAZZJONI - KORS UNIVERSITARJU
Summary
Huwa veru li l-kwistjoni dwar l-ghazla ta' studenti ghal kors universitarju partikolari hija fdata mil-ligi lill-Admissions Committee tal-fakolta' fl-Universita', izda l-gurisprudenza kostanti ta' dawn il-Qrati dejjem irriteniet li l-Qrati ghandhom gurisdizzjoni li jezaminaw u jiddecidu jekk awtorita' kompetenti fl-ezercizzju tal-poter moghti lilha agixxiet fil-parametri ta' dak il-poter u skond il-ligi. L-imposizzjoni ta' numerus clausus hi allura decizjoni politika motivata minn konsiderazzjonijiet varji, mhux lanqas dawk ta' natura akkademika li, meta mhollija f'idejn l-arbitriju ta' l-Universita', trid zgur tittiehed b'decizjoni espressa f'regolament ad hoc li ghandu jkun promulgat skond kif rikjest mill-Att dwar l-Edukazzjoni u hekk pubblikat biex ikun soggett ghall-verifika u kontroll tal-Kamra tad-Deputati. Dan ghandu jkun ovvju ghax decizjoni ta' din ix-xorta u import tolqot il-qalba ta' l-edukazzjoni universitarja, ir-rilevanza taghha fis-socjeta' u l-accessibilita' taghha lil-istudenti li jaspiraw, kif dritt taghhom, ghaliha u li jkunu jixtiequ jsegwu dawk il-korsijiet.Ezercizzju dan li ma jfissirx illi l-organu kompetenti ma kellux ikollu diskrezzjoni prudenzjali fil-process ta' l-ghazla li necessarjament trid issir, imma tali diskrezzjoni tkun ezercitabbli u tigiregolata entro paramentri ben definiti u maghrufa sewwa biex jigi assigurat process gust u ghal kollox trasparenti. Diskrezzjoni li ma kellha qatt tithalla fejn si tratta dwar l-interpretazzjoni ta'kwalifiki akkademici ottenuti mill-istudent aspirant ghall-korsijiet u li jkunu ben determinabbli b'rizulatati ta' ezamijiet u gradi ottenuti. F'dan ir-rigward l-ezercizzju ta' l-organu kompetenti kellu necessarjament ikun wiehed strettament matematiku skond normi ben definiti a priori. Hu car libil-fatt li l-ligi timponi li r-regolamenti li seta' jaghmel is-Senat ta' l-Universita' kellhom ikunu konformi "mal-provvedimenti ta' l-Att dwar l-Edukazzjoni", hu intiz direttament u specifikatamentbhala mezz ta' kontroll fuq l-operat tas-senat. Il-legislatur ried illi finalment, anke fuq materjili jirirgwardaw id-direzzjoni generali ta' affarijiet akkademici jkollu mezz ta' kontroll ahhari billi jkun jista' jivverifika, jissindika, u konsegwentement, anke jekk hemm bzonn, jirrexindi statutiu bye laws promulgati mill-organi kompetenti li jiggvernaw l-Univerista'. Din il-mizura ta' kontroll mill-opinjoni pubbliku u mill-Kamra tad-Deputati inkwadra ruhha fil-verifika solita li d-dritt amministrattiv jipprovdi ghal-legislazzjoni sussidjarja permezz ta' u in forza ta' Att principali, kifhu l-Att dwar l-Edukazzjoni. Procedura ta' verifika li l-ligi timponi ab substantiam et validitatem u li l-process demokratiku jimponi li ssir forsi b'aktar skrutinju u attenzjoni. Lanqas tista' din il-Qorti taccetta s-sottomissjoni li jaghmel l-appellant illi donnu hemm xi distinzjoni bejn l-ammissjoni ghall-Universita' u l-ammissjoni ghall-korsijiet partikolari fl-Universita'. Certament hu accettat illi jista' jkun hemm, kif fil-fatt hemm special entry requirements ghall-korsijiet partikolari li jkunu jimponu kwalifiki oghla minn dawk bazici mehtiega biex student jidhol f'xi kors fl-Universita'. Dan ma jfissirx pero' illi s-subinciz (d) ta' l-artikolu 35 japplika biss ghar-regolamentidwar il-kondizzjonijiet basici ghad-dhul fl-Universita' u mhux ukoll ghal dawk li jirregolaw il-kondizzjonijiet specjali ghad-dhul f'korsijiet partikolari. Il-kliem "conditions for admission into the University" f'dan is-subinciz kellhom allura jinghataw interpretazzjoni wiesgha biex ikopru l-kondizzjonijiet kollha ghad-dhul fl-Universita', anke dawk specjali gustament rikjesti ghall-korsijiet partikolari. U allura f'dawn l-ahhar kazijiet ukoll is-Senat kellu l-funzjoni u s-setgha li jaghmelregolamenti imma ma setax jillegisla biex jistabbilixxi dawn il-kondizzjonijiet specjali b'mod iehorhlief b'regolamenti. Interpretazzjoni differenti restrittiva u literali twassal ghall-assurd li s-Senat ma kienx ikollu d-dritt li jistabbilixxi u jimponi kondizzjonijiet ghad-dhul f'korsijiet partikolari li kienu differenti minn dawk bazici ghad-dhul fl-Universita'. It-terminu "dhul" tfisser u tista' tfisser biss il-process kollu mill-mument ta' applikazzjoni sal-mument meta student ikun gie intimat li kien gie accettat biex jippersegwixxi kors partikolari li ghalih hu jkun applika. Jirrizulta mill-provi illi l-criteria for selection for admission into M.D. course kontestati mill-appellati originaw mill-Fakolta' tal-Medicina u gew approvati mis-Senat. Certament dawn il-criteria ma kinux semplicement gwida ghall-Admissions Board illimita ruhu ghall-applikazzjoni ta' dawn il-kriterji biex jiddetermina min kellu jigi meqjus bhala l-aktar abbli biex isegwi dan il-kors bi profitt. Il-Qorti ma tistax taccetta bhala korretta sitwazzjoni fejn l-amministrazzjoni ta' l-Universita' tippretendi li tista' b'regolament taht l-Att tiddecidi li materja li skond il-ligi kellha tkun regolata b'regolamenti, tigi invece deciza "b'rizoluzzjoni tas-Senat bhala parti integranti mill-process ta' l-ghazla" u li konsegwentement tippretendi li tali rizoluzzjoni, li in effetti tiddecidi materji dwarl-ammissjoni fl-Universita', ma kinitx tammonta ghal Regolament. Kieku dan kellu jigi accettat ikunifisser it-tnehhija ta' kull kontroll da parti tal-Kamra tad-Deputati u ta' l-opinjoni pubblika fuqil-kondizzjonijiet ghall-ammissjoni ghall-korsijiet fl-Universita' ghax, b'semplici espedjent, il-ligi espressa tkun qed tigi in effetti emaskulata u newtralizzata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info