Referenza: Volum 80 (1996), Parti Nru. 2, Taqsima 1, Paġna 508

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/03/1996
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, FILLETTI JOSEPH A., CAMILLERI JOSEPH D.
Partijiet
L-AVUKAT DR. JOSE' A HERRERA NOE ET vs TANCRED TABONE ET NOE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPLIKAZZJONI HAZINA TAL-LIGI - RITRATTAZZJONI - ZBALL
Fil-Qosor
Dwar applikazzjoni hazina tal-ligi, il-Qorti, li quddiemha tintalab ir-ritrattazzjoni, ma ghandhiexil-gurisdizzjoni li tissindika l-valutazzjoni u l-Interpretazzjoni li ghamlet il-Qorti fis sentenzaimpunjata kemm ghal dak li jirrigwarda l-fatti hemm esposti u kemm ukoll ghaqll-0principji ta' drittli jissemmew. Il-kompitu ta' din il-Qorti bhalissa, f'din il-kawza, mhuwiex dak li tirrevedi s-sentenza impunjata, bhala tribunal tat-tielet istanza, izda l-kompitu taghha huwa dak naxxenti strettament mid-dispozizzjonijiet tal-ligi dwar ir-ritrattazzjoni, li ghandhom ikunu inter[pretati ristrettivament. Ghalhekk, anke jekk per mera ipotesi, wiehed kellu jsostni li l-interpretazzjoni u l-apprezzament li tat il-Qorti kienu zbaljati, xorta wahda l-istess gudizzji mhumiex censurabbli ghall-finijiet tar-ritrattazzjoni taht dan l-inciz billi l-istess gudizzji jappartjenu ghall-konvinciment insindakabbli tal-Qorti li esprimithom. Biex zball jaghti lok ghal rit ritrattazzzjoni hemm bzonn li danikun wiehed materjali. Billi l-argumentazzjoni kontenuta fis-sentenza tindika li kieku l-Qorti m'ghamlitx dak l-izball xorta wahda kienet tasal ghall-istess decizjoni, dak l-izball m'ghandux ir-rekwiziti essenzjali, skond il-ligi, sabiex fuqu tkun ibbazata r-ritrattazzjoni tal-kawza.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni