Referenza: Volum 47A (1963), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 58

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/02/1963
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
MICHAEL ATTARD NE vs JOSEPH AQUILINA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"ACT POLICY" - ART. 1088 KAP. 23 - ART. 4(1) (V) U 10(1) KAP. 165 - ASSIKURAZZJONI - DANNI - INTERESSI - POLZA TA' ASSIKURAZZJONI - RISKJI TA` TERZI PERSUNI - SPEJJEZ GUDIZZJARJI
Fil-Qosor
Hu veru illi, skond il-ligi kif kienet qabel ma giet emendata il-Qorti kienet tista` tiffissa l-massimu tad-danni pagabbli lid-danneggjat bi htija kolpuza biss tad-danneggajant, fis-somma ta` Lm1200;imma dan il-massimu kien jirrigwarda biss l-indennizz, u mhux ukoll l-ispejjez gudizzjarji li d-danneggjat kien jinkorri biex jigi likwidat l-ammont tad-danni lilu dovuti. Hekk ukoll, jekk persuna kienet assikurata limitatament ghal Lm1200 in ragun ta` danni eventwalment kagunati lil terzi persuniu fil-polza tal-assikurazzjoni kien indikat dan l-ammont bhala massimu tad-danni pagabbli mill-kumpanija tas-sigurta`, din il-limitazzjoni ma kienetx tolqot l-imsemmijin spejjez. Bil-konsegwenza illi, jekk persuna kienet hekk assikurata sa Lm1200, u dak l-assikurat jigi f'kollizjoni ma` terza persuna u jikkagunalha hsara, u din taghmel kawza biex jigi liwidat id-dannu rizarcibbli lilha, u l-Qorti tiffissa dan id-dannu f'ammont superjuri ghal Lm1200, il-kumpannija tas-sigurta` ma tistghax tippretendi, ghax hallset lit-terz is-somma Lm1200, i.e. il-massimu li ghalieh kienet saret l-assikurazzjoni, li dan l-ammont jikkomprendi ukoll l-ispejjez tal-kawza li ghamel it-terz biex jigi likwdat l-ammont tad-danni. Dawn l-ispejjez huma pagabbli lit-terz, kif ukoll l-interessi, jekk ikun hemm, oltre u ndipendentement, mis-somma ta` Lm1200 minnha mhallsa bhala l-massimu tad-danni li ghalieh il-hati kien assikurat.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni