Referenza: Volum 80 (1996), Parti Nru. 2, Taqsima 1, Paġna 398

Dettalji tas-Sentenza


Data
21/02/1996
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., ARRIGO NOEL V.
Partijiet
JOSIANNE SCEBERRAS vs GIOVANNI VELLA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AKKWIST BI PRESKRIZZJONI - ECCEZZJONI TA' PRESKRIZZJONI - PROPRJETA'
Fil-Qosor
L-eccezzjoni ta' preskrizzjoni tista' tinghata f'kull stadju tal-proceduri pero' jinhtieg li tinghata b'mod specifiku biex il-Qorti tikkunsidraha tant li l-ligi tesigi li min jaghti din l-eccezzjoni jrid jispecifika liema artikolu kien applikabbli. Hemm distinzjoni elementari bejn il-preskrizzjoniestintiva ta' l-azzjoni u l-preskrizzjoni akkwizittiva tal-proprjeta'. Filwaqt li fl-ewwel kaz minjaghti l-eccezzjoni jehtieglu biss li jipprova l-perkos taz-zmien statutorju skond liema terminu preskrittiv ikun applikabbli u jkun imbaghad jispetta lill-attur kreditur li jiddefendi lilu nnifsu billi jaghzel it-triq u l-mezz li taghtih il-ligi biex jinnewtralizza tali eccezzjoni, fit-tieni kaz tal-preskrizzjoni akkwizittiva jispetta lill-konvenut debitur mhux biss li jipprova l-perkors taz-zmien stabbilit bil-ligi imma ukoll l-elementi kollha li l-ligi tesigi li jigu ppruvati biex l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni akkwizittiva tinghata b'success. Min jeccepixxi l-preskrizzjoni akkwizittiva ghandu jipprova kategorikament mhux biss il-pussess animo domini imma anke illi huwa pposjeda minghajrinterruzzjoni ghal zmien kollu ta' 30 sena preskritti mil-ligi. Din il-prova jrid jaghmilha l-konvenut li jallegaha, la l-attur u wisq anqas il-Qorti ma jehtigilhom jaghmlu xejn. L-istadju tal-provi hu invertiti, u hu ovvju illi jekk il-konvenut jonqos li jaghmel tali prova b'mod konvincenti, l-Qorti ma tistax taccetta l-eccezzjoni ta' l-akkwist tal-proprjeta' permezz tal-preskrizzjoni akkwizittiva.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni