Reference: Volume 47A (1963), Part No. 1, Section 1, Page 44

Judgement Details


Date
01/02/1963
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
CARMELO SULTANA vs MICHELE SCICLUNA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
INDEBITU - PAGAMENT - PRESKRIZZJONI - REXISSJONI - RINUNZJA
Summary
Skrittura li permezz taghha wahda mill-partijiet thallas lill-parti l-ohra somma ta` flus, u in vista ta` dak il-pagament dik il-parti l-ohra tiddikjara li ma ghandhiex ebda dritt jew pretensjoni fuqcertu fond, u fl-istess hin tobliga ruhha li tirrestitwixxi dawk il-flus lill-parti li hallsithom fil-kaz illi certu negozju li l-parti li hallsithom kienet bi hsiebha taghmel ma` hadd iehor ma jsehhx, ma tikkostitwix rinunzja valida ghal drittijiet immobiljari favur il-parti li hallset il-flus; ghax fl-assenza tal-att publiku mehtieg mil-ligi ghal rinunzja simili dik id-dikjarazzjoni ma hi produttiva ta` ebda effett guridiku u ma tiswa xejn. U jekk in-negozju li l-parti li hallset il-flus kienet bil-hsieb li taghmel ma jsehhx, tavvera ruhha definittivament il-kondizzjoni li tahtha gie assuntl-obligu tar-restituzzjoni tal-flus, u l-parti li rceviethom hija obligata tirrestitwihom lill-parti li hallsithom. Il-parti li titlob ir-restituzzjoni tal-flus ma ghandhiex ghalfejn titlob ukoll ir-rexissjoni tal-iskrittura; ghax dik il-parti ikun qeghda tippresupponi l-effikacja tal-ftehim tal-iskrittura dwar ir-restituzzjoni tal-flus, u tibbaza l-azzjoni taghha precizament fuq dak il-ftehim.L-azzjoni ghar-restituzzjoni tal-flus f'kaz simili mhix suggetta ghall-preskrizzjoni ta` sentejn preskritta mill-ligi ghall-azzjoni ta` ripetizzjoni a` ndebitu; ghax l-azzjoni ma hix bazata fuq pagament maghmul bi zball, imma fuq pagament maghmul bla kawza. U lanqas ma hija applikabbli ghal din l-azzjoni l-preskrizzjoni ta` sentejn preskritta mill-ligi ghall-azzjoni ta` rexissjoni tal-obligazzjonijiet; ghax l-azzjoni mhix diretta biex il-fehim jigi annullat, anzi hi ntiza biex l-obligazzjonitigi, ghall-kuntrarju, adempjuta, u biex il-flus jigu restitwit appuntu bis-sahha tal-ftehim fiha stipulat. Il-preskrizzjoni li tolqot azzjoni simili hija, invece, dik ta` hames snin.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info