Reference: Volume 80 (1996), Part No. 2, Section 1, Page 298

Judgement Details


Date
17/01/1996
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
AGIUS CARMEL A., ARRIGO NOEL V., CARUANA DEMAJO GIANNINO
Parties
DOTTOR CARMELO VELLA ET vs IS-SEGRETARJU TAD-DJAR, ILLUM DIRETTUR GHALL-AKKOMODAZZJONI SOCJALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPLIKAZZJONI HAZINA TAL-LIGI - RIKUZA TA' MHALLFIN - RITRATTAZZJONI
Summary
L-Istitut tar-ritrattazzjoni jinsab fil-ligi ttutelat mhux biex il-partijiet jottjenu d-dritt ta' appell addizzjonali fejn il-ligi ma tipprevedihiex, izda biex ikun hemm rimedju meta jirrikorru wiehedjew aktar mic-cirkostanzi li hemm specifikatament indikat fl-artikolu 811 tal-Kap. 12. Sfortunatament jidher li minn meta gie deciz minn din il-Qorti illi f'certi cirkostanzi fejn ikun hemm allegazzjoni ta' applikazzjoni hazina tal-ligi huwa xieraq li ma jkunux l-istess Imhallfin - komponenti l-Qorti li tkun tat is-sentenza - li jisimghu ukoll ir-ritrattazzjoni, dahlet moda illi jigu intavolatipetizzjonijiet ta' rittrattazzjoni fuq allegazzjoni ta' applikazzjoni hazina tal-ligi, meta effettivament, anke prima facie, ikun jidher car illi ma jkun hemm ebda applikazzjoni hazina tal-ligi, izdabiss argument kamuffat b'mod sottili biex tintalab ritrattazzjoni meta l-ligi ma taghtihiex, u biexir-ritrattazzjoni tigi deciza minn komposizzjoni differenti ta' Qorti u hekk jigu eluzi dak kollu lihemm premess fil-ligi. Din il-Qorti diga' kellha okkazjoni tesprimi ruhha f'dan ir-rigward u tghidli mhix pronta li tiftah bibien f'lok tigi osservata l-ligi, tinholoq opportunita' mhix ikkontemplata fl-istess ligi ta' istanza gdida ta' appell li tirrevedi d-decizjonijiet tal-Qorti ta' l-Appell regolarment kostitwita, fuq is-semplici pretest, anke prima facie infondat, li kien hemm applikazzjoni hazina tal-ligi. Dan huwa abbuz li din il-Qorti mhijiex sejra tittollerah. Minhabbba f'hekk huwaevidenti ukoll u issa ormai hemm diversi sentenzi f'dan is-sens, illi biex jinqatghu dawn l-abbuziu biex anke l-ligi tigi osservata ad litteram qabel ma l-Qorti tiddecidi fuq kwalunkwe kwistjoni ta'rikuza, tara jekk prima facie, l-allegata applikazzjoni hazina tal-ligi fl-ewwel lok tezistix fil-korp tal-petizzjoni u t-tieni jekk hijiex prima facie sostenibbli jew jekk hiex merament skuza biex ir-ritrattazzjoni tinstema' minn tlett Imhallfin jew minn Imhallfin differenti minn dawk li regolarment jikkostitwixxu l-Qorti ta' l-Appell.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info