Referenza: Volum 46D (1962), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 821

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/04/1962
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
IL-PULIZIJA vs ROCCO ABDILLA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"PUBLICATION" - ART. 161 TAL-KODICI KRIMINALI - ART. 6 TAL-KAP. 117 - INGURJA LILL-ARCISQOF - KARTELLUN - KOMPENSAZZJONI - PIENA - REAT DIVERS MINN DAK DEDOTT - VILIPENDJU TAR-RELIGJON
Fil-Qosor
Bil-fatt li tigi lilu attribwita mputazzjoni ta' reat l-imputat ma jakkwista ebda dritt kwezit li jigi gudikat, biss u unikament, fuq l-imputazzjoni originali, fondata jew le. Jekk ic-citazzjoni tigikorretta, hu jista' jinstab hati anki ta' reat aktar gravi nwovament dedott bil-korrezzjoni, anki jekk dan ir-reat nwovament dedott ma jibqghax fil-kompetenza nferjuri, imma jaqbez dik il-kompetenza;jekk, invece, ic-citazzjoni ma tigix korretta, allura hu ma jistghax jigi misjub hati ta' reat aktar gravi, imma jista' jinstab hati ta' reat anqas gravi, purke' kompriz u nvolut fl-imputazzjoni originarja kienet ta' vilipendju lir-Religjon, l-imputat jista' jinstab hati talli offenda lill-Arcisqof, avvolja c-citazzjoni ma tkunx giet korretta. Il-Ligi tal-Istampa tivvizwalizza r-reat ta' min, bil-mezz ta' publikazzjoni ta' stampati kif definiti fl-istess ligi, jinsulta jew jingurja, jew jikkaguna mibgheda jew disprezz lejn il-persuna tal-Gvernatur jew tal-Arcisqof ta' Malta jew tal-Isqof ta'Ghawdex. Kartellun espost fil-publiku huwa stampat fis-sens tal-ligi, li bih jista' jigi kommess dan ir-reat. U jekk aktar minn persuna wahda jiehdu parti fl-espozizzjoni tieghu ghall-publiku, humakollha jkunu ko-awturi tar-reat. In kwantu ghal min jirriferixxi l-kartellun jiddependi mic-cirkustanzi tal-kaz partikulari, b'mod li l-Qorti tkun soddisfatta li jkun jirriferixxi ghal persuna partikulari u determinata; imma, jekk l-imputat ma joffrix ix-xhieda tieghu biex juri li dak il-kartellunjirriferixxi ghal persuna diversa minn dik li hija ndikata mill-Prosekuzzjoni bhala l-persuna offiza mill-kartellun, il-Qorti hija ntitolata tikkommenta fuq dan in-nuqqas ta' xhieda tal-imputat fl-apprezzament taghha tac-cirkustanzi tal-kaz. F'pajjiz eminentement kattoliku, bhal ma hi Malta, hu certament ingurjus li wiehed jaddebita lill-Arcisqof bi hruxija paragonabbli ghal dik ta' persunaggi storici li baqghu jissemmew fl-istorja bhala l-inkarnazzjoni tal-inikwita' u l-personaifikazzjoni tal-hruxija; bhal ma kien Neruni. U xejn ma jimporta li l-ingurja kontenuta fil-kartellun kienet b'lingwa diversa minn dik tal-pajjiz; dak li jimporta hu li xi hadd minn dawk li jarawh jifhmu l-kontenuttal-kartellun u ghal min jirriferixxi. U dak il-kartellun hu "publication" fis-sens tal-Ligi tal-Istampa. Mhix sostenibbli l-eccezzjoni tal-kompensazzjoni jekk il-fatt li maghhom trid tigi kompensata l-injurja mhix responsabbli ghalihom il-persuna ngurjata. Hi haga ta' dritt elementari illi, ghall-finijiet tal-eccezzjoni tal-kompensazzjoni, jehtieg illi l-allegata ngurja dedotta in kompensazzjoni tikkolpixxi l-imputat li jkun qed jigi addebitat fil-gudizzju bir-reat ta' ngurja, u anki illi,jekk tkun ingurja, tkun wahda li ghaliha tkun responsabbli l-persuna li f'dak il-gudizzju tkun qeghdha tinghad ingurjata. Mhux dejjem tista' tigi ndikata bhala kriterju tal-piena, piena kontenuta f'sentenza tal-Qorti tal-Appell Kriminali; ghax dik il-piena tista' talvolta ma tkunx ta' dik il-Qorti,imma tal-Qorti tal-Magistrati; barra min dan, hija mpriza perikoluza li wiehed jipprova jistabbilixxi speci ta' tariffa ta' pieni ghar-reat ta' certa xorta minflok ma jhalli dik il-flessibbilita' lihemm fil-latitudini tal-piena ndikata mill-ligi, sabiex jistghu jigi nkontrati c-cirkustanzi ta' kull kaz. Bhala regola, il-Qorti tal-Appell ma tbiddelx il-piena moghtija mill-Ewwel Qorti, ammenokke'ma jkunx hemm xi cirkustanzi li jissuggerixxu l-varjazzjoni tal-piena nflitta mill-Ewwel Qorti. Fil-fatt, jistghu jikkonkorru dawn ic-cirkustanzi li jinklinawha tvarja dik il-piena.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni