Reference: Volume 46D (1962), Part No. 4, Section , Page 922

Judgement Details


Date
24/11/1962
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs JOSEPH BROCKDORFF
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1 U 21 TAL-KAP. 110 - ART. 2, 57 U 61(A) TAL-KAP. 117 - KARTELLUNI - KOMPLICITA' - LOTTERIJA
Summary
Il-Ligi tipprojbixxi t-twahhil ta' kartelluni li ma jkunx fihom stampat l-isem tal-istamperija fejninhadmu u d-data li fihom gew stampati; u dak li jezibihom isir komplici, jekk mhux anki ko-awtur tal-fatt kriminus vjetat mill-ligi, ghax jikkompartecipa fl-att konsumattiv ta' reat "per se' stante",cjoe' dak ta' publikazzjoni ta' stampati kontra l-ligi. Il-Ligi ma taghmelx distinzjoni bejn stampati li gew minn barra u dawk stampati Malta. Il-ligi tezenta minn dan il-precett, u d-dispozizzjonirelattiva ssir inoperattiva, meta l-istampat ikun intiz merament ghal skopijiet kummercjali;; u certament ma hux skop kummercjali protett mill-ligi dak li jikser il-ligi u jkun kummercjali f'sens illecitu. L-espressjoni "lotterija" fil-ligi dwar il-Lotto publiku ma hix ristretta ghas-sinifikat komuni taghha, imma ghandha sinifikat amplifikat, u proprju tattalja ruhha ghal progett ta' distribuzzjoni ta' profitti dipendenti mill-ezitu ncert tal-loghob tal-azzard. U hekk, min jezibixxi kartelluni kontenenti avviz dwar il-progett simili, u dawk il-kartelluni ma jkunx fihom stampat l-isem tal-istamperija fejn saru u d-data meta saru, avvolja jkunu kartelluni li saru barra minn Malta, jikkommetti reat kontra l-Ligi tal-Istampa kif ukoll reat kontra l-Ligi dwar il-Lotto Pubbliku.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info